Home arrow News arrow News arrow Jum il-Festa tal-Battista fix-Xewkija 22-6-14
Jum il-Festa tal-Battista fix-Xewkija 22-6-14 PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Jun 23, 2014 at 10:55 AM

Ilbierah il-Hadd 22 ta’Gunju 2014 kienet Jum il-Festa li iccelebraw ix-Xewkin ad unur il-Patrun Taghna San Gwann Battista. 

Wara li s-Sibt filghaxija hekk kif intemm in-nar ta l-art u dan tnehha min go pjazza San Gwann Battista, il-hidma kompliet fejn il-Kumitat Zghazagh Brijuzi Xewkin u voluntiera ohra Xewkin ghamlu sa sieghat bikrija ta filghodu sabiex intremma l-Umbrellun li kien sorpriza ghal waqt il-marc tal-hdax.  Hekk kif kwazi kienet intramat kollha ghal habta ta 6 ta filghodu l-Arcipriet tal-Parrocca hareg ibierek dan l-umbrellun.

L-Arcipriet ibierek l-Umbrellun 22-6-2014

 

 Fit-8.30 ta filghodu saret il-Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-Ecc. Tieghu l-Isqof t’Ghawdex Mons. Mario Grech fejn ukoll niseg il-panigierku.  Ghal dan il- Pontifikali kien hemm prezenti l-Ministru ghal Ghawdex Dr.Anton Refalo, l-Onor. Segretarju Parlamentari Dr. Justyne Caruana, Is-Sindku tax-Xewkija Paul Azzopardi, il-Kunsilliera Domnic Zerafa u Jeanelle Attard, kif ukoll kien hemm raprezentanti ta l-Ghaqdiet Religjuzi u Socjali tax-Xewkija, flimkien ma Xewkin li attendew bi hgarhom ghal dan il-pontifikal.

IMG_1624-1024

 

Fil-Hdax ta filghodu beda il-marc tal-hdax minn hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur li ghalih din is-sena kien hemm mistiedna l-Banda Duke of Connaught’s Own ta Birkirkara kif ukoll il-Banda Victroy ta Xaghra.  Il-Marc kompla ghal triq Santa Katerina, triq il-Kbira, triq San Zakkarija.  Meta il-marc wasal fi Pjazza San Gwann Battista fost folol kbar ta nies kemm Xewkin, kemm emigrant Xewkin li din is-sena kienu jinsabu fostna kif ukoll diversi Ghawdxin u anke Maltin u turisti infetah ghal ewwel darba l-Umberllun Sorpriza li il-kumitat Zghazagh Brijuzi Xewkin ilu jahdem fuqu ghal dawn l-ahhar  snin fost id-daqq ta l-Innu Marc lil San Gwann l-Ghammiedi u capcip ta dawk kollha li kienu prezenti.  Wara il-marc kompla ghal triq il-Knisja, u rega spicca hdejn il-Kazin tal-Banda Prekursur.  Marc li kien success kemm fil-briju, is-sorpriza kif ukoll l-attendenza kbira ta nies li gibed lejh din is-sena l-marc tal-hdax.  Proset ukoll liz-zewg baned li akkumpanjaw lil dan il-marc u bid-daqq tal-marci brijuzi kien hemm briju sabih.

IMG_1814-1024

 

Fis-6.15 ta filghaxija saret Koncelebrazzjoni Sollenni mmexxija mil-Kan. Dun Eddie Zammit.  Din il-koncelebrazzjoni kienet iddedikata b’mod specjali ghal hafna Xewkin li joqghodu barra mir-rahal.  Niseg il-panigierku Fr. Jesmond Grech.

 

Fis-6.45 p.m beda marc mill-Banda Prekursur minn hdejn il-kazin ta l-istess Socjeta u baqa sejjer ghal triq il-knisja sa Pjazza San Gwann Battista.

IMG_2015-1024

 

Ghal habta ta 7.45 p.m. bdiet hierga l-purcissjoni.  Hekk kif xirfet fil-bieb il-kbir ta Rotunda,  l-istatwa tal-Prekursur ta Kristu Gwanni l-Battista, xoghol fl-injam ta Mastru Pawlu Azzopardi u li inhadmet fl-1845, il-Banda Prekursur tax-Xewkija minn fuq il-plancier sellmet lil Battista bid-daqq ta l-Innu Religjuz “Fit-twelid ta San Gwann Battista”.  Wara li mil-ghalqa ta nar inghata s-salut, il-Banda Prekursur esegwit l-Innu l-Kbir “La Nattivita di San Giovanni Battista” fuq versi ta Guzeppi Serafin Cutajar u muzika ta Surmast Fundatur tal-Banda Prekursur Mro.Andrea Borg.  Flimkien mal-Banda Prekursur hadu sehem , it-Tenur, l-Baritonu u mezzo Sopran Marthese Borg flimkien mal-Kor tal-Banda Prekursur. Kif inhareq il-Kaxxa nfernali mil-ghalqa ta nar, bdiet mixja il-purcissjoni li kienet immexxija mil-Kan Dun Eddie Zammit flimkien mal-Arcipriet tal-Parrocca Mons.Carmelo Mercieca, il-kleru w l-Banda Prekursur.  Hekk kif l-istawa tal-Battista tnizzlet minn fuq iz-zuntier u daret sabiex tmur ghal triq San Zakkarija, l-kumitat Zghazagh Xewkin regghu ghal darba ohra fethu l-umbrellun li izanzan din is-sena.  Tajjeb li nghidu li din is-sena kull ma izanznu zewg pitturi ta dan l-umbrellun, tnejn minn sett ta ghoxrin.  Il-Pittura qeda isir mil-Pittur Xewki Paul Falzon.  Pittura minnhom li zanznet din is-sena turi x-xbiha tal-istatwa titulari ta San Gwann Battista u l-ohra insibu inpitter fiha l-Arcipriet Dun Guzepp Grech li kien hadem kemm felah sabiex lil poplu Xewki tah rigal mil-isbah meta fi zmienu bdiet tinbena l-knisja Rotunda ta dan ir-rahal, gawrha fil-gzira Ghawdxija.  Il-Purcissjoni minn triq San Zakkarija baqet sejra ghal triq Ein Karem, tirq il-Kbira, Triq Santa Katerina.  Hekk kif l-istatwa tal-Prekursur waslet quddiem is-sede tas-Socjeta filarmonika Prekusur, il-Bandisti daru iharsu lejn l-istatwa fejn ta kull sena iselmulha bi daqq ta l-Innu Marc lil San Gwann L-Ghammiedi quddiem il-Kazin.  Il-Purcissjoni baqet sejra akkumpanjata mill-Banda Prekursur bid-daqq ta innnijiet u marci religjuzi ghal triq il-Hamrija u triq Indipendenza.  Hekk kif l-istatwa ta San Gwann waslet ta l-ark maestuz li jintrema ta kull sena fid-dahla tal-pjazza minn triq Indipendenza numru ta Xewkin dahlu quddiem l-istatwa tal-Battista fejn ma qata xejn jindaqq u jitkanta l-innu marc.  X’hin l-istatwa itellet fuq iz-zuntir rega indaqq ghal darba ohra l-innu marc kemm mill-Banda Prekursur kif ukoll mill-Banda Imnarja ta Nadur, ghax tajjeb nghidu li din il-banda bdiet marc fit-8.15 pm minn triq Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn imbghad esegwit programm muzikali fuq il-Plancir sakemm waslet il-purcisjoni u l-istatwa kienet fuq iz-zuntier u hija ukoll sellemt lil Battista bid-daqq ta l-Innu Marc.

IMG_2076-1024

 

Fl-10.45pm l-Istatwa idahhlet fil-knisja fejn hemm bdiet titkanta l-Antifona mil-Kor Vox Clamantis flimkien ma l-orkestra.  Wara li l-istatwa tal-Battista tpoggiet fuq il-Bradella fost ic-capcip tal-folla kbira ta nies li honqu ir-Rotunda biex jaghtu l-ahhar tislima lil Patrun taghhom San Gwann , l-
Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca irringrazza lil kumitati kollha li hadmu bla heda sabiex tkompliet titkabbar il-festa tal-Battista u rringrazzja lil Alla u lil San Gwann li ghaddiet din il-festa minghajr ma kellna accidenti.  Wara inghata il-Barka Sagramentali u sar il-Bews ta Relikwija. Ghal izjed ritratti tistu tidhlu fil-Facebook fuq Xewkija.net


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 23, 2014 at 01:26 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th April 2024
12:50 
A+ | A- | Reset