Home arrow News arrow News arrow Ringrazzjamenti
Ringrazzjamenti PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Jun 23, 2014 at 12:10 PM

      Illum it-Tnejn u l-Festa ad Unur tal-Patrun Taghna San Gwann Battista giet fi tmiemha.  Pero tajjeb li naghtu l-hidma tajba lil dawk kollha li ghalkemm taht xemx tizreg jinsabu fi pjazza San Gwann Battista sabiex jizzerma l-armar kollu li intrema sabiex isebbah il-pjazza u toroq taghna fil-gimgha tal-festa wara li ukoll matul dan il-lejl numru sabih ta zghzagh baqghu ghal lejl iehor imqajjmin sabiex izzarmaw l-Umbrellun li kompla sebbah mal-kumplament ta l-armar kollu pjazza San Gwann Battista.

Nghidu Grazzi Kbira lil:

1.    

L-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, kleru u Abbatini, kif ukoll lil Isqof t’Ghawdex u diversi Sacerdoti, li ikoncelebraw fil-jiem tal-Festa, fit-Tridijiet, Translazzjoni u fil-Pontifikal, kif ukoll dawk is-Sacerdoti li hadu sehem fil-Purcissjoni.

2.      Lil Kavallieri tal-Ordni Sovrana Militari ta San Gwann li ghal sena ohra hadu sehem fit-Translazzjoni.

3.      Lil dawk kollha li hadu hsieb sabiex jarmaw il-Knisja Rotunda kemm minn gewwa kif ukoll minn barra.

4.      Lil Radju Prekursur, Direttur, Prezentaturi u teknici li matul din il-gimgha wasslu dak kollu possibli kemm mill-knisja Rotunda kif ukoll mill-Festa Esterna lil hutna morda u anzjani kif ukoll lil Emigranti.

5.      Lix- Xewkija.net ghal informazzjoni u eluf ta ritratti  u vidjos li itellghu fuq dan is-sit sabiex kull minn ma setax ikun maghna seta xorta wahda jara dak kollu li kien ghaddej.

6.      Lil dawk il-volontiera kolla li jiehdu hsieb ta kull sena sabiex jintremaw l-pavaljun u l-Bandalori fit-toroq ta Xewkija.

7.      Lil dawk kollha li hadmu sabiex intremat Pjazza San Gwann Battista u triq il-Knisja bl-armar tal-Festa.

8.      Lil-Kumitat tal-Banda Prekursur fejn flimkien mas-Surmast u Bandisti ghamlu l-marc ta Tnejn ta hdejn il-gibjun, il-marc tal-Hamis maghruf bhala l-marc tal-Hniena, il-Gimgha fid-Dimostrazzjoni, is-Sibt fit-Translazzjoni u marc ta lejliet il-festa u l-bierah hadu sehem fil-Purcissjoni.  Barra li ukoll nhar it-tlieta 17 ta Gunju tellghu programm muzikali mil-isbah u l-bierah daqqew ukoll l-Innu Kbir.

9.      Lit-Tenur, Bartitonu, Mezzo Soprana u l-Kor tal-Banda Prekursur fejn flimkien mal-Banda taht id-direzzjoni ta Mro.Anthony Borg taw esekuzzjoni mill-aqwa ta L-Innu L-Kbir kemm nhar it-tlieta kif ukoll ilbierah qabel ma bdiet mixja il-purcissjoni.

10.   Lil Kumitat Zghazagh Brijuzi Xewkin, tal-hidma taghhom kemm sabiex jorganizzaw l-briju fil-jiem tal-festa, jiehdu hsieb jorganizzaw diversi Sorprizi u b’mod specjali din is-sena proset kbira lil kull minn hadem matul dawn l-ahhar snin sabiex seta jizanzan l-Umbrellun mil-isbah.

11.   Lil Kumitat ta l-armar li wara sena shiha jahdmu ikunu impenjati hafna matul din l-gimgha sabiex jinhareg l-armar kollu mill-mahzen u jitpogga f’postu, fejn anke gieli minhabba l-maltemp ikollu jitnizel xi armar u jerga jintrama.

12.   Lil Banda Ite Ad Joseph tal-Qala, Banda San Girgor ta Kercem, Banda San Guzepp t’Ghajnsielem, Banda Santa Marija ta Zebbug, Banda Victroy ta Xaghra u Banda Duke of Connaught’s Own ta Birkirkara tal-marcijiet li ghamlu fil-jiem tal-festa kif ukoll grazzi lil Banda La Stella tal-Belt Victoria li is-Sibt u Banda Mnarja ta Nadur l-Hadd esegwew programm muzikali fuq il-plancier fil-Pjazza.

13.   Lil Kumitat ta Tigrija Tradizzjonali taz-zwiemel li ghal sena ohra organizza it-tigrija, is-Sibt tal-Festa.

14.   Lil Kumitat ta nar u kmamar ta nar kollha li hadmu sabiex din is-sena ukoll kellna nar mil-isbah kemm in-nar ta l-ajru kif ukoll in-nar ta l-art. In-nar tal-Festa kien mahdum mill-kamra Vizitazzjoni ta l-Gharb, mill-kamra San Guzepp ta Hal Kirkop, mill-Kamra Santa Marija ta l-Imqabba u mill-kamra San Mikiel ta Hal Lija

15.   Lis-Surmast Mro.Colin Attard, l-orkestra u kor Vox Clamantis li hadu sehem fil-funzjonijiet kollha li saru fir-Rotunda.

16.   Lil Emigranti Xewkin li hadu sehem fit-translazzjoni kif ukoll lil hutna Emigranti Xewkin li minn gewwa Melbourne l-Awstralja ghamlu l-kollegament ta kull sena fuq Radju Prekursur.

17.   Lil dawk kollha li refghu fl-istatwi ta San Gwann ta Tnejn fil-marc tal-Gibjun u l-Erbgha fil-marc tal-hamrija, lil dawk li refghu lil San Gwann iz-zghir fil-marc ta l-Hamis il-marc tal-Hniena ,u tal Gimgha lil San Gwann jghammed lil Kristu fid-Dimostrazzjoni.

18.   Lil Fratelli kollha li jiehdu sehem fil-purcissjoni, kif ukoll lil refejja tal-Istatwa titular tal-Battista u l-erba persuni li jkunu jiehdu hsieb il-forcini.

19.   Lil dawk kollha li jiehdu hsieb sabiex jorganizza il-marcijiet ta Tnejn hdejn il-gibjun, ta l-Erbgha tal-Hamrija, il-Hamis tal-Hniena u l-marc tal-Hdax.

20.   Lil Kunsill Lokali tax-Xewkija ta sehem tieghu fil-festa.

21.   Grazzi ukoll lil membri tal-Korp tal-Pulizija tal-hidma taghhom fil-gimgha tal-festa.

Fl-ahhar nghidu grazzi lil kull minn ta il-hidma tieghu matul is-sena kollha kif ukoll matul il-gimgha tal-festa sabiex ghal sena ohra flimkien bhala poplu Xewki ghamilna festa kbira, mil-isbah, mil-aqwa kif tixraq lil Patrun Taghna San Gwann Battista.  Grazzi lil kull minn attenda ghal funzjonijiet u l-marcijiet kollha li gew organizzati fil-gimgha tal-festa.  Proset li Xewkin kollha li hadmu id f’id sabiex ghamilna festa sabiha.  Infakrukhom li ghalkemm il-festa ghaddiet pero inheggeg lil kull Xewki sabiex ghada it-Tlieta 24 ta Gunju nisimghu l-quddies ghaliex huwa il-Jum li l-knisja Universali ticcelebra s-Sollenita tat Twelid tal-Battista u flimkien nirringrazzjaw lil San Gwann li matul sena shiha izzomm idejh fuqna u niringrazzjaw ukoll talli  kellna festa sabiha.

Il-Festa ghaddiet u minn ghada kull minn jahdem ghal festa jerga jibda jahseb u jahdem sabiex 364 gurnata ohra mil-15 sa 21 ta Gunju 2015 nergu niccelebraw il-Festa tal-Battista.

Grazzi u Proset poplu Xewki.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 23, 2014 at 06:26 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
09:21 
A+ | A- | Reset