Il-gbir ghal Orgni l-gdid tal-Knisja Rotunda miexi gmielu |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Aug 13, 2014 at 12:54 PM |
Ftit tax-xhur ilu , l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca habbar l-opra l-gdida ghal-Knisja Rotunda . Dan hu l-Orgni l-gdid ghal-knisja dedikalta lil Prekursur ta' Kristu San Gwann Battista. Nistghu nghidu li l-poplu Xewki mil-ewwel wiegeb bi hgaru ghal din is-sejha u diga ingabru izjed minn 150,000 Euros . Il-gbir ghadu ghaddej b'ritmu tajjeb u infatti dan l-ahhar hareg appell lil Emigranti Xewkin madwar id-dinja biex fuq ix-xewqa taghhom jkunu jistghu jaghtu d-donazzjoni taghhom ghal-dan il-progett kbir ghar-Rotunda tal-Battista. Ahna qieghdin inwasslulkom l-appell mil-Kleru tax-Xewkija fejn hemm l-informazzjoni kolla kif wiehed jista jaghti d-donazzjoni tieghu.
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Aug 13, 2014 at 12:54 PM )
|