Il-Banda Prekursur tax-Xewkija bi Programm Muzikali lejliet il-Festa ta' Santa Marija fiz-Zebbug |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Aug 25, 2014 at 05:38 AM |
Is Sibt 23 ta’ Awwissu 2014, il-banda Prekursur hadet sehem fil-festa ta’ Marija Assunta fiz-Zebbug, Ghawdex fejn esegwiet programm muzikali fuq il-plancier il-gdid. L-ewwel silta muzikali li daqqet il-banda kienet Selezjoni mill-Opera Aida ta’ Guzippi Verdi, it-tieni silta muzikali What is youth? (Romeo & Juliet) ta’ Nino Rota, is-silta muzikali l-ohra selezzjoni Maltese Folk Tunes fuq arrangament tas-surmast Direttur Anthony Borg, s-silta l-ohra Climb Every Mountain ta’ Richard Rodger-Iscar Hammerstien, silta ohra mill-Kanzunetta One Voice ta’ Barry Manilow. Silta ohra muzikali kienet Ammerland ta’ Jacob De Haan. L-ahhar zewg siltiet muzikali, overture Lustspiel ta’ Bela Keler,l-ahhar silta muzikali kienet medley Instant Concert ta’ Harold L. Walters, il-banda ghalqet il-programm bl-innu tal-bnada Prekursur tas-Surmast Vincenso Ciappara, il-banda kienet taht is-surmast Direttur Anthony Borg.[ Informazzjoni u ritratti: M'Angelo Camilleri ] | Waqt il-Programm Muzikali tal-Banda Prekursur fiz-Zebbug
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Aug 25, 2014 at 05:47 AM )
|