Written by Frans Galea
|
Nov 18, 2014 at 09:16 AM |
Is-serata Kommerattiva ta' '' Jum ix-Xewkija '' ta' din is-sena ser tinzamm fis-Sala '' Govanni '' tac-Centru Parrokjali tax-Xewkija nhar is-Sibt 22 ta' Novembru 2014. Waqt din is-serata ser tiehu sehem il-Banda Prekursur tax-Xewkija kif ukolll ser ikun hemm l-ghoti ta' l-Unur '' Gieh x-Xewkija 2014 '' li din is-sena ntrebah mis-Sur M'Angelo Camilleri li huwa bandist mal-Banda Prekursur. Ikun hemm ukoll premjazzjoni lit tfal li hadu sehem f ' kompettizzjoni dwar ix-Xewkija kif ukoll diskorsi ta' l-okkazzjoni. Barra dan nhar il-Hadd 23 ta' Novembru ser ikun hemm festival ta' Football ghat-tfal organizzat mix-Xewkija Tigers Youth Nersury. Imbaghad nhar il-Hamis 27 ta' Novembru 2014 fil-Knisja tal-Madonna tal-Hniena x-Xewkija ikun hemm Koncelebrazzjoni ta' ringrazzjament mil-Arcipriet tax-Xewkija flimkien mas-Sacerdoti Xewkin. Wara ikun hemm tqieghid ta' fjuri quddiem il-Muniment tal-Vitmi Xewkin li mietu fil-Gwerra hdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Hniena ix-Xewkija.
| Il-Programm ta' Attivitajiet ghal Jum ix-Xewkija 2014
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Nov 21, 2014 at 08:43 AM )
|