Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Il-Milied Tieghi
Il-Milied Tieghi PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Dec 23, 2014 at 01:52 PM
Ghaliex m’ghadnix inhoss il-ferh ta’ dari,
kif joqrob ta’ kull sena il-Milied?
Fejn hija it-tferfira fil-gewwieni?
Ghaliex m’ghadhiex izzurni?  Fejn inhbiet?

Fejn inti ja tqanqil fil-fond ta’ qalbi,
ghall-ewwel dawl teptiepi u leqqien?
Fejn hija dik ix-xewqa li kilitni,
biex jigri jhaffef jasal dan iz-zmien?

Fejn int ja seher hiemed tal-pasturi,
ghad-dlam ta’ kaxxa ckejkna migburin,
li kif jaraw id-dawl mill-ghatu mbexxaq,
nisthajjel jiehdu n-nifs, fil-gibs hajjin?

Fejn int ja harsa gwejda tat-tfulija,
li b’kurzita f’kull grotta tgharrex sew,
u tieqaf fuq ic-ckejken qalb it-tiben,
tisthajlu qed jitbissem minn hemm gew?

Fejn inti ja armarju tal-kantina,
li kont il-guf li tnebbet tant gulbiena,
sa ma’ xuxitha, bhall-harir bajdani,
jinhadem ghall-Bambin fl-isbah benniena?

Fejn int ja triq li twassal lejn il-knisja?
Min jaf jekk in-noven’ ghadiex issir?
Tghid ghadu jitla’ t-tifel fuq il-pulptu,
ihabbar lill-bnedmin f’dal-lejl ferh kbir?

Fejn int ja xih tal-libsa twila hamra,
b’wicc tond ruxxan li jarmi minnu d-dija?
F’lejl wiehed biss iddur id-dinja kollha,
u tidhol anke f’djar fejn m’hemmx cumnija.

Fejn intom ghanjiet helwa tal-imghoddi,
li kontu ta’ kull sena tpaxxu s-smigh?
Ghaliex m’ghadhiex tolqotni l-melodija,
li kienet tinfed f’ruhi tant bis-shih?

Fejn inti ja stennija ta’ dik l-ghodwa,
li kont izzurni qabel l-ewwel dija,
u ssuqni b’girja wahda lejn is-sigra,
biex nigi ippremjat ghax kont bla htija?.....

Ghalhekk m’ghadnix inhoss il-ferh ta’ dari,
ghalhekk bhal ghosfor it-tferfir gewwien,
ghalhekk intefa it-tqanqil ta’ qalbi,
u nirghex meta joqrob dan iz-zmien.

Ghalhekk nixfitli sew ix-xewqa fija,
u nhbiet il-harsa gwejda tat-tfulija,
ghalhekk m’hemmx nifs il-hajja fil-pasturi;
u ndifnu qalb l-ghanqbud f’kaxxa minsija.

L-armarju fil-kantina sar bhal qabar,
b’cappetti jixhdu sew is-snin mghoddija,
ghamara  biss ghall-moffa  u ghas-susa,
li mlew kull rokna tieghu imdellija.G

It-triq li qbadt mhux lejn il-misrah twassal,
minn fejn ninsab, il-knisja hi wisq boghod.
Is-siggu fil-korsija vojt jistenna,
u c-ckejken ilu ga snin sacerdot.

Illum bin-nugrufun l-ahmar imgemmed,
ix-xwejjah maghlub ghuda, snin shah sajjem,
mixhut f’sodda mitluf f’nofs l-itwal raqda,
li ebda zmien ma jista’ lilu jqajjem.

L-ghanjiet illum mahnuqa u mitfija,
in-noti tal-vjolin, zarzir ghalija,
inqered fija s-sens  ta’ kull stennija,
ghax jien, m’ghadnix it-tfajjel ta’ bla htija...

Ghamilt il-qalb, gharrixt mill-gdid fil-grotta,
ergajt ilmaht lic-ckejken fil-maxtura....
tbissimli; waqt li lissen bl-akbar hlewwa,
“illum il-htija tieghek giet mahfura”.

Mario Borg                                           
25 ta’ Novembru 2014 

User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
21:13 
A+ | A- | Reset