Home arrow News arrow News arrow Charles Borg is-Segretarju gdid tal-Banda Prekursur
Charles Borg is-Segretarju gdid tal-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Feb 10, 2015 at 11:20 AM

    Nhar it-Tnejn 26 ta' Jannar 2015 inzammet il-laqgha Generali Anwali tal-Banda Prekursur tax-Xewkija. Ghal din il-laqgha li tmexxiet mil-Kan. Dun Eddie Zammit attendew numru sabih ta' bandisti u membri fejn wara li nqraw ir-rapporti anwali  u saret diskussjoni gie elett il-kumitat gdid. Wara diversi snin bhala segretarju generali tal-Banda , Carmel Attard wera ix-xewqa li ma' jikkontestax ghal din il-kariga. Ghalekk il-membri hatru lil Charles Borg f'din il-kariga importanti fil-Banda Prekursur. Is-Sur Louis Vella gie konfermat president kif ukoll is-Sur John Vella zamm il-kariga ta' Kaxxier. Is-Sur Carmel Attard baqa xorta parti mil-kumitat. Is-Sur Charles Borg ilu diversi snin jaghti s-sehem tieghu fix-Xewkija fejn ghamel snin jahdem fl-ghaqda Drammatika Xewkija kif ukoll dan l-ahhar kien jghin fl-ghaqda Armar Xewkija. Minn nahha taghna nirringrazzaw lis-Sur Carmel Attard u nawguraw hafna lis-segretarju gdid Charles Borg. [ Ritratti: Banda Prekursur ]

laq_gen_15_5
 Is-Sur Charles Borg ( fin-nofs ) waqt
il-laqgha Generali

 

 laq_gen_15_1
 laq_gen_15_2

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 16, 2015 at 09:21 AM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
04:41 
A+ | A- | Reset