Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Innu ta' Tixbih ma' Kristu lil San Gwann L-Ghammiedi
Innu ta' Tixbih ma' Kristu lil San Gwann L-Ghammiedi PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 05, 2008 at 01:00 AM
Poezija ta' Joseph J Vella-1947
 untitled
Kristu w Gwanni min qatt bhalhom?
Hlief Marija fil-holqien,
"Fost l-ulied ilkoll tal-mara
Kbir ma deher daqs Gwanni mkien".

Mill-profeta t-tnejn imhabbra
Minn Gabriel it-tnejn mgharrfin,
B'ruh il-qodos gew imzejjna,
Mis-smewwiet imsemmijin.

Gharaf Gwanni 'l Alla bniedem
Maghluqin it-tnejn fil-guf;
X'hin fiz-zjara Gwanni tqaddes
Bil-ferh qabez bla maghruf.

Lilhom biss il-knisja taghmel
Festi kbar f'jum it-twelid:
Fihom dari kull nisrani
Quddies jisma tlieta jrid.

Tfisser Grazzja l-kelma "Gwanni"
Fit-twelid ga boghod mid-dnub:
Kristu gholla bi kliem gholi
Dak li ried jickien u jdub.

Alla hatru l-Anglu tieghu
Biex ta' Kristu jwitti t-triq
Prekursur, profeta, Appostlu
Dejjem kien f'mohh il-Hallieq.

"Dawl id-dinja" msejjah Kristu
Gwanni Awrora  minn tax-Xemx
Post Lucifru ha fil-Genna,
Ta' dawl bhalu ma kien hemmx.

Tletin sena t-tnejn mohbija
Maghrufin ma gew minn hadd:
Hargu imb'ghad, l-imhabba xerrdu
Lejhom gibdu nies bla ghadd.

Bhal mal-kelma qrib il-lehen
Daqshekk Gwanni hdej' l-Feddej
Alla zejnu u bhal mera
Kien ta' Kristu kbir werrej.

X'xena helwa, kbira, rzina,
Gesu mghammed fil-Gurdan,
Jiehdu sehem it-Tliet Persuni,
M'gharrfin l-ewwel lil San Gwann!

Tant deher kbir fid-dinja Gwanni,
Li l-Messija n-nies hasbuhj:
'Mma, bi kliemu Gwanni ccekken
U 'l Feddej Tassew gharfuh.

Id-dutturi kbar tal-Knisja
Ta' "Divin" stqarruk li int.
X'kobor gholi, x'perfezzjoni
Matul hajtek inti hzint!

Sant' Wistin, namrat l-Ghammiedi,
Lilu fahhar bla serhan:
Jekk xi hadd lil Gwanni jizboq
Le mhux bniedem, "'Mma Alla dan"

Jekk int kbir, mal-Kbir imqieghed
Ghax tlieta Alla hatar kbar:-
Gesu, il-Vergni, wrajhom Gwanni:-
San Bernard fissrilna car.

Dejjem zomm idejk werrejja
Lejn is-sema l-hobz wisq bnin:
F'jum twelidek nghollu lilek
Ghax int l-ghaxqa tax-Xewkin.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 12:43 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
08:39 
A+ | A- | Reset