Home arrow Poeziji arrow Tifhir Lil San Gwann Battista Titular tal-Knisja Arcipretali tax-Xewkija
Tifhir Lil San Gwann Battista Titular tal-Knisja Arcipretali tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 24, 2008 at 01:00 AM

Poezija ta' Joseph Xuereb-1964

 st%20john%20sil
Tal-Battista llum il-festa
Fix-Xewkija qieghda ssir,
ghalhekk jiena hsibt ninsiglu
dil-kuruna ta tifhir.

B'liema lsien ghandi nitkellem
sabiex nuri kemm hu kbir?
b'liema kliem nista ninqeda,
biex naghtik jiena tifhir.

Ma rridx l-ilsna minn tal-angli
l-anqas kliem il-qaddisin,
ahseb w ara kemm ser naghzel
dak li jghidu il-bnedmin.

Ghax il-bniedem minnu nnifsu
jiehu zball minghajr ma jrid,
jghid l'hu gid dak li jkun deni
jghid l'hu deni dak l'hu gid.

Mela l-kliem li bih se nfahhru
mhuwiex kliem minn tal-bnedmin;
imma kliem ta' Gesu Kristu
bniedem w Alla fl-istess hin.

Naraw x'qal meta gie fuqu
biex jitkellem das-Sultan;
qal li fost l-ulied tan-nisa
m'hemm hadd akbar minn San Gwann.

Mela akbar xi hadd jghidli
minn Gesu u minn Marija?
ghaliex dawn ulied in-nisa
imma din qatt ma smajniha.

U ghal din il-mistoqsija
San Bernard wiegeb u qal:-
ma jidhlux Gesu w Marija
ghax bla dnub original.

Imma l-bqija kollha jidhlu
ghax fil-htija imnisslin
u mill-waqa' ta' dil-htija
hadd ma ntrefa aktar kbir.

Mill-Battista l-kbir Giovanni
illi kellu l-kbir unur
jghammed lill-istess Messija
u jkun tieghu Prekursur.

Ghaliex "Non Surrexit Major"
kelma li Gesu qal f'daqqa
Jfisser "illi ma qamx ikbar"
u biex tqum trid tkun imwaqqa'.

Mel' allura l-bnedmin kollha
barra minn Gesu w Marija
'kk ma jqumux ma jsalvawx ruhhom
ghax kollha mwaqqghin fil-htija.

Mela "Non Surrexit Major"
l-isem tieghu huwa dan,
fost in-nies kollha li waqghu
ma qamx akbar minn San Gwann,.

U dis-sena wkoll il-knisja
marret taghti daw' l-kelmiet
lil San Gwann bl-akbar zammitu
sa mill-ibghat zminijiet.

U poggietu l-ewwel wiehed
qabel kollha l-qaddisin
f'litanija illi ghamlet
biex jitolbu il-bnedmin.

Meta nara dana kollha
inhoss qalbi trid ittir
ghaliex naf li l-patrun taghna
huwa kbir, bil-bosta kbir.

Sliem ghalik O Kbir Giovanni
l-ewwel fost il-qaddisin
kbir f'twelidek, f'hajtek, f'mewtek,
bik jitkabbru ix-xewkin.
 

 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 18, 2008 at 07:35 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
20:33 
A+ | A- | Reset