Home arrow History arrow February arrow February arrow 28 ta' Frar 2015 - Il-Funeral tal-Bandist Carmel Attard
28 ta' Frar 2015 - Il-Funeral tal-Bandist Carmel Attard PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Mar 06, 2015 at 12:01 PM

Fit-28 ta’ Frar 2015, sar il-funeral tal-Bandist Carmel Attard.  Carmel Attard halla din id-dinja l-Hamis 26 ta' Frar. Il-korteo tal-funeral li telaq minn Triq Santa Katerina kien akkumpanjat mill-Banda Prekursur fejn quddiem il-kazin tal-istess Socjeta it-tebut tieghu gie imdawwar lejn il-bieb principali fejn intefghu fjuri mil-gallerija tal-kazin.  Wara saritlu il-quddiesa presente cadaver fil-knisja Rotunda tax-Xewkija mexxija mil-Arcipriet tal-Parrocca Mons. Carmelo Mercieca u wara saret difna fic-cimiterju San Gwann Battista fil-qabar tal-familja.  Carmel Attard jew ahjar kif kien maghruf Nenu kien patrijott kbir Xewki, kien bandist tal-banda Prekursur, kien jissaportja b’mod regolari lit-team ta Xewkija Tigers u kienu ukoll jiehu sehem bhala attur fid-drammi li kienu jitellghu fic-Centru Parrokjali tax-Xewkija.

 

nenu attard 

Nenu Attard idoqq mal-Banda Prekursur

10854487_845254915513563_4727555395215209432_o(1)

It-tebut ta Nenu Attard jiddawwar lejn il-kazin

nenu

Nenu Attard fil-ground jissaportja it-team ta Xewkija Tigers

1486614_845259658846422_8034551869503831743_n

Il-Beritta li kien jilbes Nenu bhala bandist tiqieghed fuq it-tebut waqt il-quddiesa

 

ritratti mehuda minn:  Frans Galea 

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Mar 20, 2015 at 04:27 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 2 nd December 2020
10:11 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org