Home arrow History arrow March arrow March arrow 8 ta' Marzu 2015 - L-elf (1000) loghba ghat-tim ta' Xewkija Tigers
8 ta' Marzu 2015 - L-elf (1000) loghba ghat-tim ta' Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Mar 09, 2015 at 12:25 PM

Fit-8 ta’ Marzu 2015, fil-Gozo Stadium intlaghbet l-1000 (elf) partita minn meta gie imwaqqaf it-tim ta’ Xewkija Tigers. It-Tigers f’din il-loghba kommemorattiva, kif ukoll l-ewwel loghba ghat-tigers fic-championship pool fil-kampjonat Melita ta’ l-ewwel Division fl-istagun 2014/2015 laghbu kontra Victoria Hotspurs.  Il-Loghba li spiccat bl-iskor ta 6-1 rebha ghat-Tigers.  Din il-loghba giet ikontrollata mir-referee Alan Mario Sant.  Ghat-Tigers il-gowls gew skurjati Eric Nwankwo (2gowls), Dene Shields (2 gowls) u minn Daniel Bagdanovic (2 gowls li wiehed minnhom kien penalty).  Ghal Victoria Hostpurs skorja l-gowl minn penalty Jason Pace. 

Qabel bdiet din il-loghba l-President tal-GFA ipprezenta tifkira lil President ta' Xewkija Tigers is-Sur Jeffrey Farrugia fl-okkazjoni tal-elf partit ta’ Xewkija Tigers. 

Qabel bdiet il-loghba l-Captain ta’ Xewkija Tigers Joseph Cefai flimkien ma nepputi tal-mibki supporter ta’ Xewkija Tigers Carmel (Nenu) Attard li halla din id-dinja fis-26 ta Frar 2015, telghu fost is-supporters u fost ic-capcip tas-supporters Xewkin poggew bukket fjur fuq is-siggu li dejjem qaghad fuqu Nenu Attard kull meta nizel fil-Gozo Stadium sabiex jisaportja lit-team ta’ Xewkija Tigers.

It-Tim ta’ Xewkija Tigers twaqqaf fl-1939 pero l-ewwel loghba li laghab dan it-tim kien fl-1945.  F’dawn l-elf (1000) loghba Xewkija Tigers iregistraw 461 rebha, 201 draw u 337 telfa.  F’dawn l-elf loghba Xewkija Tigers skurjaw 1,602 goals u qalghu 1,347 goal.

Tajjeb nghidu ukoll li ghal din il-partita kommemorativa t-tim ta’ Xewkija Tigers laghab b’gear li jfakkar dan l-anniversarju.  

 

1000 game 2

Il-President tal-GFA jipprezenta tifkira lil President ta' Xewkija Tigers fl-okkazjoni ta' l-elf partita ghal Xewkija Tigers

 

 

1000 game 3

It-Tim ta' Xewkija Tigers qabel beda jilghab l-elf loghba tieghu minn meta gie mwaqqaf it-tim ta Xewkija Tigers fl-1939

 

1000 game 4    1000 game 5

Il-bukkett tal-fjur li tpogga fil-Gozo Stadium fuq is-siggu li s-soltu kien joqghod fuqu il-mikbi support Nenu Attard jissaportja lit-Tigers.  Dan il-bukket tpogga mil-captain ta' tim ta' Xewkija Tigers Joseph Cefai u n-nepputi ta' Nenu Attard.

 

1000 game 6 - 12th tigers

Il-Gear li laghab bih it-tim ta Xewkija Tigers fl-1000 loghba tieghu 

gear

 

ritratti mehudin minn:   Ian Moyes ( Visionism ), Frans Galea (www.xewkija.net) u 12th Tiger Supporters Club


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Mar 10, 2015 at 09:53 AM )
<Previous   Next>
Wednesday, 2 nd December 2020
08:41 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org