Home arrow Poeziji arrow Sliem Ghalik Mahbub Giovanni
Sliem Ghalik Mahbub Giovanni PDF Print E-mail
User Rating: / 5
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 04, 2015 at 12:12 PM
Sliem ghalik, mahbub Giovanni,
int ta’ Kristu l-Prekursur.
Gejt biex inti t-triq thejji,
Tal-Mibghut, tas-Salvatur.

Meta kont ghadek f’guf ommok,
Huwa gie lilek izur.
U kif lilek hasset ommok,
b’tifhir kliemha, fommha jfur.

Tassew ismek kien tal-ghageb,
kif semghuh hasbuh kien zball.
Kif inkiteb l-isem tieghek,
fomm missierek, dlonk inhall.

Ghext int hajtek tigri u tghallem. 
Darek kienet id-dezert.
“ Hejju ruhkom ghall-Messija “, 
mill-pjan t’Alla int kont cert.

Minnek Huwa ried jitghammed,
ghalhekk gie u resaq qrib.
Hoss mis-sema smajt jitlissen,
li fih Alla ghaxqa jsib.

Lil Erodi int dlonk twissi,
meta f’hajtu jwettaq zball.
B’adulterju lilu tixli,
ghax iz-zwieg qatt ma jinhall.

U ghalhekk Erodja tizber,
li tnehhiek, toqtlok tixtieq.
F’mohhha thejji pjan mill-ehzen, 
u tistenna iz-zmien mixtieq.

F’jum gheluq snin, dan Erodi,
tohrog tizfen Salome`.
Wara dak iz-zfin, wisq hajjen,
jitlef ghaqlu dlonk ir-re.

Jahlef, u  jweghedha kollox,
kull ma trid, kull ma tixtieq.
U bil-hniena, lilha jitlob,
li zifn’ ohra, jrid, jixtieq.

Nofs saltnatu, kien lest jaghti,
basta lilu, gost taghtih.
Basta terga’, ghal darb’ ohra,
b’dak iz-zfin, lilu tpaxxih.

Fis hi tmur, quddiem dik ommha,
li malajr, ras Gwanni titlob.
“Ras dak Gwanni l-Ghammiedi,
bhala hlas int ghandek titlob”.

“Lil ras Gwanni, jien qed nitlob.
Rasu rridha, fis fuq platt!”
Zgur li bhal, dik ir-risposta,
hu ma kien, jistenna qatt.

Dieqa kbira, hakmet f’qalbu.
Ma jzommx kelmtu ,ma setax. 
Johrog gifa, quddiem shabu,            
zgur li f’qalbu, hu ma xtaqx.

Ordna ghalhekk, li jwettqu l-amar,
u lir-rasek, huma jaqtghu.
B’hekk it-talba, ta’ dit-tfajla
zgur ikunu, jistghu jilqghu.

Kienet kiefra, il-kundanna.
L-art iccapset, kollha dmija.
Hekk kif hasdu, lil dik rasek, 
minn go gismek, harget dija.

U dlonk l-anglu, jinzel f’lehha,
biex lir-ruhek, huwa jtella’.
Ghax bil-mewt, wisq kiefra tieghek,
gejt imsaffi minn kull tebgha.

 Mario Attard
21 ta’ Settembru 2014


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 22, 2015 at 04:30 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:13 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org