Home arrow Poeziji arrow Tislima
Tislima PDF Print E-mail
User Rating: / 5
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 04, 2015 at 12:14 PM
F’ dar-rahal ewlieni, fil-gzira Ghawdxija,
qed jitla’ bhal fwieha, mal-kant ta’ tifhir,
il-ferh ta’ dil-gemgha, li giet issellimlek,
u ssejjah lil ismek, fost briju wisq kbir!

Ghax m’ hemm l-ebda iben, imwieled minn mara,
li lilu gie mlissen, dal-kliem ta’ tifhir.
Li tlissen b’tant hegga, minn dak fomm missierek,
li inti tal-Gholi, profeta  se ssir.

Ghax sa minn twelidek, li l-anglu gie jhabbar,
u l-ghotja ta’  ismek, li ma stennieh hadd,
komplejt inti tikber, fil-gherf u l-qdusija,
bil-grazzja f’ghemilek, ghaggibt lil kulhadd.  

Int f’hajtek kont xhieda, tal-aqwa qdusija,
lil Kristu urejt, kont ghalih prekursur.
Dik hajtek ghaddejtha, imwarrab fix-xaghri,
ixxandar l-indiema, kull fejn kont int tmur.

U ghax int liz-zwieg, ridt bis-shih illi thares,
fil-habs lilek jitfghu, u jzommu  maqful.
U ghax lil Erodi, int xlejt b’adulterju,
hallast prezz int b’demmek, u gejt fis maqtul.

Ghalhekk dan ir-rahal, lil ismek ifahhar,
u lilek ifakkar, kull sena bil-kbir.
Ghax emmen li inti, dan kollu jisthoqqlok.
Ghax int ghax-Xewkin, int qaddis tassew kbir!
 
Kien hafna snin ilu, li ssawret  dil-qima,
ma’ mhabba, li xxettlet, minn dak l-ibghad zmien,
li mliet lil dik qalbhom, u fawret  go demmhom,
f’ kull hsieb jew ghemil, dehret zgur kullimkien.
 
Kien mija u maghhom, sebghin sena ilu,
li xewqa ttlahhmet, kif tfasslet fl-imhuh,
biex minn zokk ta’ tuta, skolpita b’tant hila,
id-dehra ta’ surtek, dlonk hadet ir-ruh.

U gelbnu demghat, hekk kif lemhu xbiehetek,
u staghgbu bil-hila, ta’ id dak l-artist,
li holqot b’tant reqqa, sbuhija tal-ghageb,
 li sebhet dal-maqdes, u lilhom wennist.

B’migjietek hawn fosthom, fis kebset din f’qalbhom,
bhall-fjamma li ssahhan, u ddawwal f’musbieh,
il-holma u x-xewqa, li jkabbru din darek,
u jaghmlu dal-maqdes, minn fost l-aktar sbieh.

U lejk tul das-snin, dan il-gens irrikorra,
u lilek mar fittex, f’ kull waqt ta’ tigrib,
ghax emmen li inti, mis-sema qed tharsu,
u minnek kull farag, u wens ser isib.

U ghadu dal-poplu, ihobb lil dak ismek,
u jxerrdu b’tant qima, mal-erbat irjieh.
Kull fejn huwa jmur, b’hegga jsemmi lil ismek,
ghax fik, huwa biss, sab li qalbu tistrieh.

U fis ghajnejh jilmghu, kif jilmhek kull sena,
ghaddej minn got-toroq, mzejna u sbieh.
Ghax tieghek hu jhossu, bhal wild ta’ missieru.
Ghalik ghandu f’qalbu, imhabba qatigh.

Ghalhekk o mahbub, o qaddis, kbir Giovanni,
mis-sema int bierek, lil tieghek l-ulied,
li jfakkru kull sena, b’tant hegga ta’ jiemek,
tal-art u tas-sema, il-jiem tal-milied.

Mario Attard
29 t’Awwissu 2014



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 07, 2015 at 01:19 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
11:30 
A+ | A- | Reset