Home arrow Poeziji arrow 22 ta' Gunju 1845 - Poezija ta' Mario Attard
22 ta' Gunju 1845 - Poezija ta' Mario Attard PDF Print E-mail
User Rating: / 8
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 04, 2015 at 12:31 PM

 
1190931070dx3h26

Infetah quddiemi, il-ktieb tal-istorja,
u qrajt jien b’tant herqa, x’kien sehh f’dak iz-zmien.
U hsiebi ntrefa’, hassejtni qed nilmah,
mal-gemgha migbura, kien hemm anke jien.

U maghhom hassejtni, qalb folla migbura,
li ngabret biex tilmah, ta’ surtek dehriet.
U ltaqghet fil-misrah, il-gemgha kotrana,
biex tilqghek f’rahalha, imxennqa  ’l hemm giet.

F’dik l-ghodwa ta’ mija, u sebghin sen’ ilu,
bilkemm kont jien ghadni, naf naghmel passejn.
ilmahtni hemm fosthom, kont naqra ta’ tfajjel,
mizmum f’hogor ommi, merfugh fuq l-idejn.

U rajtek titwassal, fuq naqra ta’ hmara,
li kienet qed tigbed, bil-mod karettun.
Bilkemm setghet tobsor, li kienet qed terfa’,
Tezor tax-Xewkija, taghhom il-patrun.

U smajt f’daqqa wahda, ghajat illi jtarrax,
xhin dehret figurtek, qed tersaq bil-mod.
U zdied ic-capcip, hekk kif qorbot fis lejna,
u waqfet quddiemna, bilkemm xiber boghod.

Lil qalbi int sraqt, issahhart wara gmielek,
xhin kixfu xbiehetek, quddiem dawn l-ghajnejn.
U f’qalbi staqsejt, jiena elf mistoqsija,
Staqsejt jien lil ommi, l’ ghaliex? Kif?  Ghalfejn?

U harset fis lejja, u lissnet minn fommha,
ghalfejn dak il-jum, kien tassew bil-wisq kbir,
U qaltli li kienet, mill-boghod gejja x-xewqa,
li statwa mill-isbah, ta’ Gwanni ssir.

U qaltli li wiehed, b’kunjom Azzopardi,
bl-isem, Pietru Pawl, skultur Belti wisq prim,
intaghzel mill-kleru, u n-nies tax-Xewkija,
kellmuh bil-hsieb taghhom, u lahqu ftehim.

U fis xammar idu, u b’ghageb mar sawwar,
minn sigra ta’ tuta, zokk iebes maqtugh,
dil-vara wisq sbejha, b’ tant reqqa u hila,
li mliet b’ ferh lil qalbna, l-ghajnejna bid-dmugh

U qaltli l-istorja, li sawret lil hajtek,
u lili spjegat, ghaliex int qaddis kbir.
U lilek habbejt, kif quddiemi lmahtek,
u xtaqt li bhall-gemgha, jien ibnek insir.

U kburi hassejtni, li kont hemm mal-gemgha,
li maghhom jien kont, meta ghext f’ dak iz-zmien.
Ghalhekk f’dan il-jum, qed b’dal-vrus inwasslilkom,
il-grajja li qrajt, u ghaddejt fil-hsieb jien.
 
Mario Attard
3 ta’ Settembru 2014


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 06, 2015 at 03:18 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 18 th April 2024
22:48 
A+ | A- | Reset