Home arrow Poeziji arrow Habbejtek
Habbejtek PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 28, 2015 at 07:20 AM
 
 
 St%20John%20the%20Baptist%20%20Close%20up
Iljieli nohlom bik f' ’tad-dlam is-satra,
u qalbi nfniet bid-dieq tal-istennija,
nistenbah ngharrex tal-kewkbiet il-mixi,
jekk ma jkunux minn shab sewdien mohbija.

Jiem shah terraqt fi ksieh li jinfed f’ghadmi,
mas-sahha ta’ kull rih kuljum taqbida,
nixtieq nimxi ‘l quddiem sabiex niltaqghu,
u hu b’qawwietu jrid lili jisfida.
 
Mill-gholi ilmijiet imwaddba fuqi,
nipprova nzomm miftuha t-tnejn ghajnejja,
il-hwejjeg imxarrbin jigbduni ‘l isfel,
il-passi imxekklin ghax tqal riglejja.

Ghaliex bhal donnu naqqas minn mixjietu,
dan il-ballun biex jaghmel dawra shiha?
Kemm ser indum nistenna il-fjur jiftah,
biex taghhom go mnifsejja nxomm il-fwieha?

Kemm ser idum id-dell tieghi tawwali,
imqar kif tkun l-imnara l-kbira fl-gholi?
Ghamiltli hekk sen’ ilu, u snin qabel.
Ghaliex trid tibqa’ mieghi tilghab noli?

Tifridna baqa’ biss il-kantuniera,
w’ghalkemm tinsab mhux wisq minni imbieghed,
int taghzel illi tibqa’ tittratieni,
sabiex dil-qalb ghalik tisma’ titnieghed.

Daqt ilni minn hlewwietek sena sajjem,
sibt hafna min ipprova jidhaq bija,
dewwaqni benna mhux minnek imsajra.
Hadd daqsek ma jaf kif frotta jahmiha. 

Hadd daqsek ma jaghtini lura sahhti,
ta’ mohhi it-thewdin int taf kif tfejjaq,
iz-ziffa helwa tieghek thenni ‘l qalbi,
u taf kif lili ssahhan bla ma ddejjaq,

Fost hutek is-subien jien lilek naghzel,
ghalkemm fikom it-tnax insib xi nfahhar.
‘Mma lili ttini tort jekk jien habbejtek,
u sfajt warajk sa minn tfuliti msahhar?

Inhobbok b’qalbi kollha ghaziz Gunju,
nghidilkom jien ghaliex, bla xejn misthija,
il-hmura tas-smewwiet qabel izernaq,
bhal seher lili titlef minn sensija.

Xi nghidu mbaghad ghall-ghabex qabel jidlam,
impitter mill-Hallieq bi kbira hila,
kull wiehed maghzul sew minn dak ta’ qablu,
ta’ Gunju s-sema ssir ghaliH bhal tila.

It-tul tal-jum imur lil-lejl ixejjen,
u jaghfas sew fuq trufu b’sahha kbira,
f’taqbida fejn id-dawl jikseb ir-rebha,
li thalli d-dlam miz-zewg nahat jirtira.

M’huwiex ta’ b’xejn li mieghek, fost tnax ahwa,
li z-zghazagh hassew gibda lejk titrabba,
u taw kelma ‘l xulxin f’wiehed minn jiemek,
ghazluk ix-xhud tal-weghda tal-imhabba.

Habbewk it-tfal minn snin l-aktar bikrija,
u ghamlu mill-pitazzi elf faqqieha,
itajru l-basktijiet mas-seba’ sema,
migjietek jilqghu b’kant ta’qalb ferrieha.

Habbewk ix-xjuh jiem shah f’darhom imrekkna,
u ntasbu fuq ic-cint ghad-dell tas-setah,
jisimghu it-tpespis minn gor-rewwieha,
hekk kif ghal t’ommhom l-ghalf halqhom jinfetah.

Ghazlek mix-xhur tas-sena, is-Setghani, 
ghax ried ghal Ibnu triq kmieni imhejjija,
u welled sew minn hdanek kbir profeta,
li minn idejh ha Kristu l-maghmudija.

X’ ma nistenniekx mix-xhur kollha tas-sena!
X’ma tinfeniex din qalbi bl-istennija!
Lil Gwanni jien habbejt sa min guf ommi,
ghax jiena wild ir-rahal tax-Xewkija.

‘Mma mhux biss ix-Xewkin lil Gwanni jhobbu,
dak ismu hu maghruf ma’ kullimkien,
imnaqqax sew fi qlub ta’ bosta popli,
li ssahhru ghal warajh mill-antik zmien.

W’ghadruni jekk hadt hafna hin minn taghkom,
hallejt sat-tmiem biex nuri l-veru ghan,
lil Gunju jien inhobb ghax hu jressaqli,
il-festa tant devota ta’ San Gwann.

Mario Borg

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 06, 2015 at 04:08 AM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
07:09 
A+ | A- | Reset