Home arrow News arrow News arrow L-iskultur Pietru Pawl Azzopardi - Hajtu w Hidmietu
L-iskultur Pietru Pawl Azzopardi - Hajtu w Hidmietu PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Claudio Vella   
Jun 17, 2015 at 01:00 AM

 Konnessjoni u dahla
Il-konnessjoni ta’ l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi mar rahal tax-Xewkija hija bla dubju ta’ xejn l-iskultura fl-injam tal-istatwa titulari ta’ San Gwann il-Battista  meqjuma fil-knisja parrokjali. Din is-sena qed niccelebraw il-170 sena mill-wasla ta’ dan il-kapolavur.
Ser naghtu harsa lejn ix-xoghiliet tieghu, hajtu w harsa artistika lejn l-istatwa ta’ San Gwann Battista. Informazzjoni li gbart min kotba, artikli w nformazzjoni ohra li sibt fuq l-internet.

 
PietruPawlAzzopardiJiskolpixxiLilSanGwannBattista_ClaudioVellaArtisticImpression

 

Il-bidu tal-hajja tieghu
Pietru Pawl twieled il-Belt Valletta fl-20 ta’ April 1791. Missieru, Antonio kien min Bormla u ommu Marija, nee Camilleri mill Furjana. Kien it-tielet wild, u gie mghammed fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fejn tawh l-ismijiet ta’ Salvatore, Giuseppe, Petrus Paulus u Jeremias, imma beda jigi msejjah bit-tielet isem, dak ta’ Pietru Pawl.

(Biex tisma dan l-artiklu f'format MP3, u biex tara l-kumplament ta l-artiklu - ikklikja Read more)

 (Ikklikkja fuq ir-rtratti biex tkabbar)

Tajjeb hawnhekk li nikkunsidraw l-epoka li fiha ghex Pietru Pawl Azzopardi. Hu ghex fl-ahhar zmenijiet tal hakma tal-Kavallieri ta’ Malta, l-hakma Franciza kif ukoll il-bidu ta’ dik Ingliza. Meta Pietru Pawl kellu biss sebgha snin Napuljun Bonaparte ha lil Malta min ghand il-kavallieri. Meta Pietru Pawl kellu madwar 8 snin, saret ir-rewwixta kontra l-Francizi, u dawn sabu rifugju wara l-hitan tal-Belt Valletta. Wara sehhet il-grajja fejn Dun Mikiel Xerri w Maltin ohra gew maqtula mill-Francizi. Meta Pietru Pawl kellu 23 sena, Malta saret kolonja ta l-Ingilterra. 170senaLogo_LowRes

Ta’ eta zghira l-familja marru joghodu Bormla. Pietru Pawl kien mghallem is-sengha ta’ l-iskultura min Mariano Gerada, maghruf ukoll bhala ‘il-Marjani’. Mariano gab din is-sengha min Valenzia fi Spanja meta kien ghadu zaghzugh. F’ Valencia, Mariano kien student ta’ Jose Esteve Bonet. Skond l-istoriku P.P. Castagna, Pietru Pawl beda l-karriera tieghu jiskolpixxi puleni ghal igfna. Hu kien jiskolpixxi ukoll fil-gebla maltija. Il-bicca l-kbira ta’ l-istatwi li skolpa u zebagh Pietru Pawl kienu fuq disin tieghu stess, u l-akbar numru ta’ statwi tieghu nsibuhom skolpiti fl-injam.
Hu attenda l-iskola Sekondarja u jekk wiehed jikkunsiedra dawk iz-zmenijiet, Pietru Pawl kien jaf jikteb u jaqra. Pietru Pawl Azzopardi kien membru fl-akkademja ‘Corpo delle Belle Arti del Desegno’. Min Publikaazjoni ta’ Castagna, Pietru Pawl hu msemmi li kien skultur ghar-re Ferdinandu II ta’ Spanja. Dan juri li Pietru Pawl kien kiseb fama artistika kbira u allura skultur-artist ta’ kalibru kbir. Ghalkemm Pietru Pawl kien bdnidem hawtiel u biezel, kien umli w ma tantx kien ihobb jidher.

Pietru Pawl izzewg lil ewwel mara tieghu Giovanna Rosa nee Camilleri min Bormla fit-28 ta’ Ottubru 1817. Fit-twelid tar-raba’ wild, fit-22 ta’ Dicembru 1833, Giovanna Rosa u t-tarbija mietu. Pietru Pawl kellu jiehu hsieb lit-tlett uliedu – Salvatore ta’ 9 snin, Maria Concetta ta’ 7 snin u lil Giuseppe ta’ 3 snin.
 
Qabel ma kien skultur maghruf, Pietru Pawl kien fin-negozju taz-zraben. Dan nafuh min kuntratti ta self li kien ghamel ghand in-nutar Calcedon Battajille.
In-nutar Calcedon Battajille li kien mir-Rabat Ghawdex, kellu l-ufficju tieghu f’Bormla, u hafna drabi meta Pietru Pawl kellu bzonn xi kuntratt, kien imur ghand in-nutar Calcedon. Kienu saru hbieb sewwa, ghax Calcedon kien jammira hafna ix-xoghol ta’ Azzopardi. In-nutar Calcedon kien it-tieni ragel ta’ Anna Gerada, l-armla ta’ Guzeppi Gerada, li jigi hu l-kbir ta’ Mariano Gerada. It-tifel ta’ Guzeppi u Anna Gerada, li kien l-eredi ta’ Mariano Gerada kien sar habib ta’ Azzopardi, hu hawn fejn Pietru Pawl ghamel akkwist tal-ghodod ta’ l-arti ta’ Gerada u forom. Min dawn il-hbiberji, Pietru Pawl akkwista anke xoghol li kien mibdi min Mariano Gerada, imma li ma kienx wettaq ghax kien miet hesrem.

Fil-5 ta’ Mejju 1836, Pietru Pawl izzewweg ghat-tieni darba. Hu zzewweg lil Antonia nee Attard. Wara l-1840, Pietru Pawl rega mar jghix il-Belt Valletta fil-‘casa bottega’ f’numru 7 Strada Ponente.

L-istil ta’ Pietru Pawl kien originali. Kien stil favorit mal-Maltin ghax kien stil ta’ Barokk imrazzan li joqrob lejn dak klassiku b’elementi t’eleganza, kalma u sobrjeta, b’panneggi mill-isbah.


Ix-xoghlijiet dokumentati
Fl-1808 ta’ sbatax il-sena, hu skolpixxa lil Gesu redentur ghal Hal Ghaxaq fil-gebla maltija.
Fl-1816 skolpixxa lil Santa Katerina ghaz-Zurrieq ukoll fil-gebla maltija.
Ghal-habta ta’ l-1822 Pietru Pawl kompla xoghol fil-gebla maltijia li kien beda Mariano Gerada. Din kienet l-istatwa ta’ Santu Rokku li tinsab fil-misrah tal-Qrendi. Mariano ma setghax ikompli dan ix-xoghol ghax kien marad u fl-1823 miet.
Imbghad fl-1825 Pietru Pawl indura bid-deheb, l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Haz-Zabbar xoghol l-iskultur Mariano Gerada.
Fl-1828 skolpixxa l-ewwel statwa processjonali tieghu, il-Madonna tar-ruzarju ghal knisja ta’ Bormla.
Fl-1834 skolpixxa it-tieni statwa processjonali, il-flagellazzjoni ta’ Gesu ghal-knisja ta’ Giezu l-Belt Valletta. Interessanti l-fatt li l maggor parti tal-flus ta din il-kummissjoni hadhom dak li kien selliflu l-flus biex jixtri gild ta’ l-annimali. F’kuntratt li sar f’dan is-self flimkien ma self iehor li gieli ghamel biex jinxtara materjal iehor relatat mas-sengha tal manifattura taz-zraben, jurina li Pietru Pawl Azzopardi kellu s-sengha ukoll relatata mal manifattura u bejh taz-zraben.
Ghal habta ta l-1834 hadem is-santu korpu ta’ San Felicissimu ghal knisja ta’ Hal Luqa. Is-santu korpu kienet statwa li fiha jitqieghdu l-ghadam tal-qaddis.
Fl-1838 Pietru Pawl skolpa zewg statwi ohra ghal Bormla, dawk ta’ Gesu ifflagellat u l-Ecce Homo.
Fl-1839 heles ix-xoghol ta’ l-ewwel xoghol ghal Ghawdex, dik ta’ l-istatwa titulari ta’ San Gorg ghal knisja tal-belt Victoria.
Fl-1843 hadem statwa ta’ San Guzepp ghal Bormla. Sfortunatament dan ix-xoghol hu mitluf u hadd ma jaf x’sar minnu. 

San Gwann il-Battista. Old_SaintJohnStatue
Fl-1845 spicca ukoll it-tieni xoghol tieghu ghal Ghawdex, l-istatwa titulari ta’ San Gwann Battista ghax-Xewkija. Hawnhekk Pietru Pawl, taghna xbieha ta’ San Gwann il-Battista liema bhala. Wicc kwiet, kalm u rassenjat. Skultura maghmula f’zokk ta’ tuta. Fit-22 ta’ Gunju 1845, il-kappillan tax-Xewkija Dun Nikol Vella, il-poplu w l-kleru tax-Xewkija laqghu din l-istatwa hdejn il-knisja tal-Hniena, fejn nghatat merhba l-izjed kbira.

Wara l-istatwa ta’ San Gwann, Pietru Pawl hadem l-istatwa ta’ Santa Agatha ghal Bormla. Hu heles dan ix-xoghol fl-1847.
Fl-1848, ghamel it-tieni xoghol ghal knisja ta’ San Gorg Ghawdex, dik tal-kurcifiss.

Fl-1853 imbghad il-familja Azzopardi, haliet Borma biex marret toqghod il-Belt Valletta, f’ numru 7, Strada Ponente. F’din is-sena lesta l-istatwa titulari tal-Mellieha, dik tal-Bambina. Fl-1916 sar xoghol ta’ restawr min Antonia Sapiano fuq din l-istatwa, fejn inbidlitilha l-harsa tal-wicc tal-Madonna, kif ukoll saru zewg pari jdejn godda ghal din l-istatwa.

Fl-1856, Pietru Pawl naqqax is-sitt u l-ahhar xoghol ghal Bormla. L-iskultura kienet dik ta’ Gesu Redentur. B’din l-iskultura Pietru Pawl spicca l-qorti, ghaliex skond dawk li kkumissjonaw ix-xoghol, din l-istatwa ma kenitx skond il-mudell. F’dan il-kas il-mudell kien Gesu Redentur ta’ l-Isla. Minhabba din l-allegazzjoni, il-qorti qabbdet tlett esperti biex jinvestigaw l-istatwa. Wiehed mill-eperti kien Salvatore Psaila, li kien skultur ukoll. Huma ikkonkludew li l-istatwa kienet perfetta w ta’ kwalita gholja, u fejn kienet differenti, kienet tqarreb iktar lejn il-proporzjonijiet tal-figura humana.
Ghalhekk il-kas inqata favur Pietru Pawl Azzopardi.

Fl-1858 hadem l-istatwi ta’Sant Elija u l-Profeta Elizew,minquxa fil-gebla maltija. Dawn l-istawi jinsabu fil-kunvent tal-patrijiet Karmelitani l-Belt.

Fl-1862 Pietru Pawl skolpa xoghol iehor ghal kniesja Ta’ Giesu l-Belt. Dan ix-xoghol kien ta’ zewg statwi, dik ta’ Santa Helena u San Makarju maghrufa bhala il-vara ta’ Santu Kruc. Din hi l-unika statwa li Pietru Pawl, skolpa l-irjus, l-idejn u s-saqajn fl-injam u l-kumplament ghamlu fil-karta pesta. Fl-1900 din l-istatwa nghatat lil Knisja ta; San Frangisk fir-Rabat Ghawdex.

L-ahhar xoghol tieghu kien dak ta’ l-1865. Din kienet l-iskultura ta’ l-Arkanglu San Mikiel ghal knisja ta’ San Gorg ta’ Hal Qormi.

Zgur li Pietru Pawl hadem xoghlijiet ohra, li peress li ma humiex dokumentati, mhux facli li wiehed jghid fejn jinsabu. Wiehed allura ma jeskludix li maz-zmien jistghu jinkixfu xi xoghlijiet min tieghu.
L-ahhar zmien ta’ hajtu
Fit 13 ta’ Frar 1864, it-tieni mara tieghu Antonia, mietet u hawn Pietru Pawl spicca jghix wahdu l-Belt Valetta.

Kif ghedna, fl-1865 ghamel l-ahhar skultura tieghu. Waqt dan ix-xoghol ta’ eta ta’ 74, Pietru Pawl marad. Hu spicca jghix ma ibnu Giuseppe f’numru 123, Triq l-ifran il-Belt.

Nsibu ismu fil-ktieb tal-maghmudija tal-knisja ta’ Porto Salvo il-belt bhala l-parrinu ghat-tifla ta’ Giuseppe bl-isem ta’ Giovanna Rosa, li giet mghammda fis-7 ta’ Awwissu 1870.

L-ahhar zmenijiet ta’ hajtu ma tantx kienu tajba. Fit-testment tieghu kiteb li, li kieku ma kienx ghal ibnu Giuseppe, kien ikollu jbiegh gidu biex jghix.
Pietru Pawl ghix l-ahhar snin ta’ hajtu ma Giuseppe sakemm miet b’puplesija fl-24 ta’ Ottubru 1875, fl-ghomor ta’ 84 sena.
Pietru Pawl ma nghata l-ebda apprezzament partikulari meta miet. Hu nghata l-ahhar tislima funebri fil-Knisja Parrokjali ta’ Hal Tarxien fejn gie midfun. Il-fdalijiet tieghu ma nafux fejn huma ezattament.
Ma nafu li jezist l-ebda ritratt jew immagini tieghu.
Malta tilfet skultur tassew kbir li gholla l-gharfien u l-istima artistika f’pajjizna. Kien ghomor sabih mimli hidma b’xoghol mill isbah fl-arti Maltija, specjamlemt f’dak li ghandu x’jaqsam fl-iskultura fl-injam. Pietru Pawl, kien versatili u prolifiku f’xoghlu. Gharaf li jkun innovattiv, biex b’hekk taghna xoghol bit-timbru partikulari tieghu, xoghol li ghadna nistghu ngawdu w nitpaxxew bih sal-llum.


Il-firma ta’ Pietru Pawl Azzopardi

MaestroPietroPauloAzzopardiSignature


San Gwann il-Battista - harsa artistika lejn l-istawa

Old_SaintJohn_Purcissjoni

Il-kapolavur li hallielna Pietru Pawl Azzopardi jista’ jitqies bhal wiehed mill –isbah xogholiet tieghu. Din l-istatwa saret fi zmien il-kappillan tax-Xewkija Dun Nikol Vella mill-Gharb. Kif ga semmejna, l-istatwa ta’ San Gwann giet imnqaqqxa min zokk ta’ sigra tat-tut. Dan ix-xoghol, jista jitqies xoghol bejn il-klassiku w il-barokk. Stil li kien jispikka fih Pietru Pawl Azzopardi, xoghol il kien jinzel tajjeb hafna mal-maltin u l-ghawdxin. Klassiku ghax juri lill Gwanni f’qaghda naturali minghajr ebda drammaticita zejda, filwaqt li element barokk huma d-detallji ezatti fl-ilbies u l-mod li bih huwa mqieghed, u il moviment kontinwu li fih ghandu l-qaghda tieghu San Gwann.

F’dan ix-xoghol Pietru Pawl taghna xbiha ta’ San Gwann b’wicc umli, kwiet u rassenjat, b’rasu u bil harsa ixaqleb fuq il-lemin. Vara li ssahrek bil-gmiel taghha. F’din ix-xbiha ta’ San Gwann, Pietru Pawl naqqxu nofsu gheri, liebes il-gild tal-igmla. Il-haruf hdejn riglejn il-Battista tfakkarna fil-Haruf ta’ Alla. Pietru Pawl juza l-ikonagrafija populari fuq il-qaddis, fejn jurina lil San Gwann b’dak il-mantar ahmar, sinjal ta’ rikkezza, mhux materjlment, imma spirtwalment. Hawnhekk, Pietru Pawl jaghmel uzu tajjeb hafna tal-panneggi f’dan id-drapp. Il-qaghda ta’ San Gwann hi fil-forma ta’ ‘S’. Din il-forma tinzamm anke jekk thares lejha mill gnub u anke min nahha ta’ wara. B’hekk taghmel l-istatwa f’moviment kontinwu. Bir-rigel tax-xellug il-quddiem, u dak tal-lemin qed jistrieh fuqu. Bl-id il-leminja qed juri jew ahjar jippriedka lil Kristu, mentri bl-id ix-xellugija jzomm is-salib. Mas-salib nsibu skroll li jghid ‘Ecce Agnius Dei’ – Dan hu l-haruf t’Alla, il-kliem sinonimi fl-ikonagrafija ta’ San Gwann.
Il-knisja tqabbel hafna lil San Gwann ma Elija. Interessnti hafna li wiehed jista’ jxebbah sew il-pozizzjoni ta’ San Gwann ma l-istatwa ta’ Elija li ghadna fil-knisja tax-Xewkija, mahduma min Mariano Gerada. Il-qaghda ta’ l-idejn u anke tar-riglejn huma simili hafna.
Jinghad li l-mudell tal-wicc ta’ San Gwann ntghazel il-wicc ta’ Kristu tal-vara mgharufa bhala ta’ Gesu’ u Marija fil-knisja ta’ San Gorg, ir-Rabat. Dan ix-xoghol kien ta’ Sigismondo Dimench.
Fl-1889 din l-istatwa nhadmula l-pedestall min Paolo Bugeja. Il-pedestall u l-bradella regghu gew ndurati fl-1995. Fl-1943, il-pittur Guzeppi Briffa rega zebagh l-istatwa tal-Battista. Fil-1949 gew mzanzna erba’ vazuni tal-fidda w fil-1961 saritila dijadema ta-deheb. Dawn ix-xoghlijiet kollha komplew jirrekkixxu l-kapolavur ta’ din l-opra artistika li hallielna l-maestro Pietru Pawl Azzoppardi, li zgur li x-Xewkin ser jibqghu jiftakru ismu.

StJohn2013_WhiteBack_LowRes

Referenzi:
Pietro Paolo Azzopardi – A Forgotten Sculptor tan Nutar Eugenio F. Montanaro LL.D
Skulturi Maltin tal-iskola Spanjola ta’ Stanley Mangion u Christopher Magro

 

Multimedia - MP3 Audio

Tista tisma dan l-artiklu min hawn:
http://www.xewkija.net/UserFiles/Media/PietruPawlAzzopardi_LQ.mp3
(20Mb)  (20min)

http://www.xewkija.net/UserFiles/Media/PietruPawlAzzopardi_HQ.mp3 (40Mb) (20min)


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 16, 2015 at 08:59 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 16 th April 2024
14:31 
A+ | A- | Reset