Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Bosta Jifirhu Fi Twelidu
Bosta Jifirhu Fi Twelidu PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 12, 2015 at 05:01 AM
Kull sena f’dal-jum sewwa, intenni mistoqsija.
X’inhu dal-ferh gewwieni, li nhossu fix-Xewkija?
X’inhu dak li jqanqalna, inhallu id-djar taghna,
ningabru f’dir-Rotunda, ilkoll daqshekk herqana?

X’inhuwa dan is-seher, li lkoll ninhakmu bih,
f’dal-Maqdes singulari, f’dal-lejl sajfi, sabih?
Ghaliex huma leqqiena, bid-dmugh, illum l-ghajnejn,
u jfawwar, mix-xfar jaqbez, ixarrab lill-haddejn?
 
X’igaghlna bhala poplu, f’capcip ninfexxu lkoll,
u f’kant, tifhir u ghana, kull Xewki lsienu jholl?
Jien nemmen b’qalbi kollha, ta’ dan, il-veru ghan,
m’huwiex biss ghax min-niCCa, illum johrog San Gwann.

Imhabbar kien zmien ilu, fit-tempju ‘l Zakkarija, 
li talbu kien instema’, ‘Zabbetta ’ttih tarbija,
U kellu t-twelid tieghu, inissel hena kbir,
kull qalb gewwa Ein Karem bil-ferh riedet ittir.

U rega’ nhass ferh bhalu, kif Alla Bniedem sar,
sew sewwa sitt xhur wara, kif twieled Kristu f’ghar.
U baqa’ l-ferh jintiret, fiz-zewg Milidijiet,
sew f’ Gunju u f’DiCembru matul iz-zminijiet.

Ghalhekk bil-ferh nitqanqlu, kull sena f’jum bhal dan,
ghaliex kif twieled Gwanni, kien mibdi t’Alla l-pjan.

Imnebbha kienu niesna, mis-Sema, ilu zmien,
hekk kif lil Gwanni ghazlu, ikun taghhom harsien.
Ghax hadd ma qam daqs Gwanni, dan Kristu stqarr bil-fomm,
ma twieled hadd kbir daqsu minn gewwa hdan ta’ omm.

U din l-imhabba ssarfet sabiex tissawwar xbieha,
ta’ Gwanni il-Battista, ghar-rahal tax-Xewkija.
U l-gmiel ta’ dil-figura, sedqitna f’ghaqda kbira,
u sahhret ‘l ghawdex kollu, kif rifset fuq dil-gzira.

U s-snin tgerbu u tqalbu, inbiddlu id-drawwiet,
w’ghal Gwanni imhabbitna, maz-zmien baqghet tizdied.
ghax int kont, ghadek, tibqa’, il-gawhra tax-Xewkin,
kbir maqdes tellajnielek, frott l-ghaqda ta’ tant snin.

X’ma tkunx il-qalb mimlija, bil-ferh, ma kullimkien,
x’ma jmurx kulhadd ifahhrek u jholl tieghu l-ilsien
X’ma nigux hawn bi hgarna sabiex naghtuk tifhir;
Twelidek ta’ kull sena, fi qlubna jgib ferh kbir.

Mario Borg
11 ta’ Gunju 2015

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 01, 2015 at 05:37 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
05:29 
A+ | A- | Reset