Home arrow News arrow News arrow It-Tnendija tal-Ktieb '' L-Ghammiedi 170 sena l-Ghaxqa tax-Xewkin ''
It-Tnendija tal-Ktieb '' L-Ghammiedi 170 sena l-Ghaxqa tax-Xewkin '' PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 12, 2015 at 05:07 AM

Dan hu l-isem ta’ ktieb gdid li ghadu kemm gie ppubblikat sabiex ifakkar il-170 sena mill-migja tal-istatwa titulari ta’ San Gwann Battista fir-rahal tax-Xewkija, Ghawdex. Dan il-ktieb jikkonsisti fi tliet taqsimiet principali. Fl-ewwel taqsima, il-kittieb u ricerkatur Grazio A. Grech, jaghti deskrizzjoni storika tal-festa u t-tempji li kellu l-Battista fix-Xewkija matul il-medda tas-snin. Grech isemmi wkoll diversi dettalji ohra marbuta ma’ San Gwann Battista fix-Xewkija. Ma’ din il-kitba wiehed isib ghadd mhux hazin ta’ ritratti antiki u anke dokumenti. Fit-tieni taqsima nsibu analizi artistika dettaljata tal-istawa tal-Battista minn Paul Cassar, gradwat fl-istorja tal-arti. F’din id-deskrizzjoni Cassar jaghti wkoll taghrif dwar xi simboli li hemm fuq l-istatwa tal-Battista. It-tielet taqsima tinkludi dokumentazzjoni fotografika tal-attivitajiet festivi, kemm interni u anke esterni, li jsiru matul il-jiem tal-festa ta’ San Gwann Battista fix-Xewkija. Il-fotografu Anthony Grech jigbor din id-damma ta’ avvenimenti, jum b’jum, permezz ta’ ghadd ta’ ritratti bil-kulur. It-tnedija ta’ dan il-ktieb saret l-Erbgha 10 ta’ Gunju 2015 fil-Muzew tal-Iskultura, Knisja Xewkija. F’din l-attivita’ saru diskorsi tal-okkazjoni mill-awturi u anke l-fotografu, kif ukoll mill-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, u anke mill-Onor. Ministru ghal Ghawdex Anton Refalo.[ Informazzjoniu ritratt: Anthony Grech ] Ghal-izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija.net

 

l-ghammiedi
 L-Acipriet Mons. Carmelo Mercieca
flimkien ma' l-awturi u l-fotagrafu

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 12, 2015 at 05:17 AM )
<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
10:10 
A+ | A- | Reset