Home arrow Poeziji arrow Sahhartna Bi Gmielek - 170 Sena Fostna
Sahhartna Bi Gmielek - 170 Sena Fostna PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 19, 2015 at 04:45 AM
 Old Photo of St John

Imnebbah mis-smewwiet l-artist li sawrek,
mill-qalba tal-injam ta’ Tuta xiha,
mbierka kienu l-ghodod li medd fuqek,
biex hareg hekk xbiehetek tant sabiha.

Nisthajjel l-iskalpell jobrox il-qoxra,
inehhi dak li mhux fil-qies tas-sura,
dur idur maz-zokk jgharrex, ifittex,
sa ma’ ftit ftit jitmelles mal-figura.

Minn kmieni qieghed Gwanni ga jurina,
hekk kif l-artist iz-zokk qieghed jizmarra,
dak li m’huwiex mehtieg imur,jitnehha,
“jekk sigra ma troddx frott titqaccat barra.”

U jonqsu id-daqqiet fis-sahha taghhom,
kif tibda’ tfigg quddiemu sew ix-xbieha,
ckien sewwa l-iskalpell, twarbet il-mazza,
ghax issa l-ifjen hidma daqt mibdija.
   

Mad-dahar mantell, il-hziem, ix-xaghar tal-gemel,
mahduma kif imnebha min-natura,
turija ta’ snin twal ta’ penitenza 
tfulija fid-dezert minn nies mistura.

L-imwarba, il-fqajrin, Gwanni ghex maghhom,
u daqshom kien jaf sew tifsir ic-cahda,
heggigna l-hobza taghna naqsmu maghhom,
“min ghandu zewg ilbiesi jaghti wahda.”

Qed nilmah ir-riglejn fl-injam jitlahmu,
u jterrqu mal-inhawi tal-Lhudija,
u lilna jistednuna l-pass immiddu,
f’triqat li minn kull hotba imwittija.

Il-qadd mehlus mill-ghata qed jitnaqqax,
li  jixhed tul ta’ hajja boghod mill-ghana,
b’ghasel selvagg u gradijiet jitmantna,
u ahna bl-abbundanza mhux xebghana.

Is-sider mill-kustilji mghasses sewwa,
w’ghalkemm il-qalb fl-injam l-artist le sawwar,
nisthajjel li ghal Kristu ga bdiet thabbat,
ghaliH sax-xfar bl-mhabba qeghda tfawwar.

L-ispalla tax-xellug xhud ta’ rgulija,
ma tmilx mar-rih bhal qasab tal-widien,
ma tibza qatt tistqarr dak illi temmen,
fejn kelma u ghemil jghammru flimkien.

L-idejn li Gwanni stqarr li “mhuwiex xieraq,
li nholl il-qorq ta’ dak li gej warajja,”
nisthajjel lill-artist kif lesta, xtaqhom
jimtlew mill-gdid bid-demm u jiehdu l-hajja,

u  jsehh dak il-mument fix-xatt tax-xmara,
kif b’lehen il-Missier is-sema trieghed,
biex dawk l-idejn li mhux dehen tal-ilsiera,
joghlew it-tnejn flimkien fuq ras l-Imwieghed.

San Gwann hawnhekk nisthajlu iheggigna
sabiex minn qalbna nnehhu il-kburija,
ghax l-umli huwa wisq moghgub minn Alla,
u l-ewwel ghad ikun fl-hena smewwija.

U hawn l-artist itemm xoghol kbir ta’ hila,
fuq il-werrej tal-id il-leminija,
is-sebgha li bih Gwanni wera ‘l Kristu
“hekk hu l-haruf, tad-dinja jnehhi l-htija.”

Jekk drabi tul hajjitna t-triq nitilfu,
riglejna mmiddu fi sqaqien milwija,
is-sebgha il-werrej mill-gdid jurina,
merghat, b’haxix hadran, bl-ilma msaqqija.

Hawn issa l-hidma ddur fuq ras l-Ghammiedi,
li sfat minn bojja f’habs hesrem mahsuda,
ghax emmen illi l-ghaqda l’Alla fassal,
il-bniedem m’ghandu qatt jara mifruda.

Qed nilmah lill-artist mal-wicc jindiehes,
inaqqax ix-xaghar twil sa fuq l-ispalla,
l-imnieher hadmu dritt hiereg minn gbinu,
attent li ebda ghelt ma jmur jithalla.

ga hadu il-haddejn is-sura taghhom,
li juru sew ta’ hajtu il-qlubija,
in-nisga tal-ghajnejn ta’ ruhu mera’,
li sa minn gewwa l-guf mid-dnub mifdija.

Ftit iehor u hidmietu tkun mitmuma,
il-fomm, l-artist imur jisiltu l-ahhar,
ghax kien minn dan il-fomm li l-Kelma tlehnet,
minn l-istess fomm sar-re Erodi ssahhar.

U bil-haruf jistrieh hdejn riglu sewwa,
l-artist, mibluh, passejn jintefa’ lura;
ghax kif qatt jistghu par idejn ta’ bniedem,
inaqqxu f’zokk tas-sema kreatura?

Il-hin tat-tluq fil-qrib u l-artist beka’,
 u thallat qtar id-dmugh mat-trab taz-zebgha,
intghagnu sew flimkien fuq il-paletta,
bl-ilwien il-pniezel raw l-injam jinheba.

Qed nilmah lill-artist fuq ghatbet daru,
u qalbu qed titnieghed fl-akbar karba,
nisthajlu, lil San Gwann jixtiequ lura,
biex jghixu t-tnejn flimkien kif kienu darba.

‘Mma Gwanni ga jinsab fi triqtu sewwa,
daqt jirfes fuq il-blat tal-gzir’ Ghawdxija,
ihalli x-Xatt u jaqbad il-moghdija,
 li taghha z-zewg nahat bin-nies mimlija.

U kif mill-boghod lir-rahal taghna jilmah,
jaqbez bil-ferh, fuq wiccu tfigg tbissima,
bhal meta gewwa l-guf ta’ ommu tqanqal,
kif sema’ ta’ Marija it-tislima.

U ttella’ iz-zuntier sa gewwa l-knisja,
sabiex kemm jghaddu snin hu jghammar fiha,
‘mma mhux biss gewwa l-knisja Gwanni tqieghed,
sab post f’kull qalb tal-poplu tax-Xewkija.

Ghaddew  is-snin minn din il-grajja kbira,
u r-rahal tbiddel hafna fl-istruttura,
iddawlu t-toroq, twessghu u d-djar sbiehu,
tqalbu d-drawwiet u tbidlet il-kultura,

‘mma haga wahda qatt ma giet mittiefsa,
tul mija w sebghin sena ta’ grajjiet,
hekk kif flimkien harsitna marru ltaqghu,
l-imhabba taghna lejk qatt ma battiet.

Int sirt wiehed ta’ gewwa, wiehed minna,
warajk sahhart bi gmielek lix-Xewkin,
ir-rabta ta’ bejnietna ghaziz Gwanni,
ma tista’ qatt tinhall kemm jghaddu snin.

 Mario Borg - 2015

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 19, 2015 at 04:46 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
10:08 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org