Home arrow Poeziji arrow Il-Kliem tal-Kanzunetta - 170 Sena Fostna
Il-Kliem tal-Kanzunetta - 170 Sena Fostna PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 19, 2015 at 05:03 AM
Mis-Smewwiet kienu imnebbha,
ta’ qabilna ilu zmien,
meta ntelqu f’idejn Gwanni,
ghazlu lilu ghal harsien.

Twahhdu mieghu tul hajjithom,
nisgu ismu fil-qlub taghhom,
l-ohla ghasel fuq xofftejhom,
kull fejn marru haduh maghhom.


Rit. Inti kont, ghadek u tibqa’,
        l-isbah gawhra tax-Xewkin,
        l-akbar maqdes tellajnielek,
        frott l-imhabba ta’ tant snin.

        U xbihietek f’zokk minquxa,
        seddqet mieghek ghaqda kbira,
        int sahhart lil Ghawdxin kollha,
        kif irfist fuq taghna l-gzira,

Min qatt jista’ l-ferh ifisser,
gewwa l-misrah kif migbura,
meta tixref mir-Rotunda,
tal-Battista il-figura.

U mad-daqq tal-Banda taghna,
vuci wahda ghalenija,
bl-isbah isem insellmulek,
Prekursur tal-kbir Messija.

Rit. Inti kont.....

Ghadda z-zmien minn din il-grajja,
tqalbu, tbiddlu id-drawwiet,
u mhabbitna lejk giovanni,
tul is-snin baqghet tizdied.

Rit. Inti kont, ghadek u tibqa’,
l-isbah gawhra tax-Xewkin,
l-akbar maqdes tellajnielek,
frott l-mhabba ta’ tant snin.

U xbihietek f’zokk minquxa,
gmiel il-genna jinsab fija,
mija w sebghin sena fostna,
qed infakkru fix-Xewkija.
                                                                               
Mija w sebghin sena fostna,
qed infakkru fix-Xewkija.
                                                                                           

Mario Borg
2015

User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:09 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org