Home arrow News arrow News arrow Dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Gwann jghammed lil Kristu
Dimostrazzjoni bl-istatwa ta' San Gwann jghammed lil Kristu PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 20, 2015 at 12:38 PM

Il-Gimgha 29 ta’ Gunju 2014, saret id-dimostrazzjoni ta’ San Gwann Jghammed lil Kristu (1912) mill-banda Prekursur, fejn bdiet il-marc mill-Pjazza San Gwann Battista fejn flimkien mal-banda mistiedna, Cittadina La Stella, ghamlu l-marc tad-dimostrazzjoni mat-toroq principali tax-Xewkija. Il-banda mistedna l-ohra San Girgor ta’ Kercem ghamlet marc minn hdejn il-kazin tal-banda sal-Pjazza San Gwann Battista fejn wara ghamlet programm muzikali taht is-surmat Mark Gauci.  Xhin l-Istatwa majestuza waslet hdejn il-kazin tal-banda, il-bandisti tal-banda Prekursur daru faccata tal-Istatwa sabiex isellmulha bid-daqq tal-Innu Marcja tant popolari fost il-kant ta’ hafna Xewkin prezenti.  Hekk kif l-Istatwa waslet qrib il-pjazza ewlenija San Gwann Battista, l-brijuzi fost iz-zghazagh Xewkin zdied seww hafna.  Wara l-banda Prekursur akkumpanjat l-istatwa  bid-daqq tal-innu marcja tant popolari max-Xewkin minn fuq il-palk taghha flimkien mall-kant l-istatwa ttellghet fuq il-pedestall grandjuz taghha.[ Informazzjoni: M'Angelo Camilleri ] ghal izjed ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija.net

DSC_4122-1024
 L-Istatwa ta' San Gwann jghammed lil
Kristu quddiem ir-Rotunda

 

DSC_4130-1024
 DSC_4166-1024
 DSC_4189-1024
 DSC_4274-1024
 DSC_4230-1024

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 20, 2015 at 12:52 PM )
<Previous   Next>
Sunday, 28 th April 2024
02:00 
A+ | A- | Reset