Home arrow News arrow News arrow Il-qofol tal-Festa tal-Battista fix-Xewkija
Il-qofol tal-Festa tal-Battista fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 23, 2015 at 09:32 AM

      Il-qofol tal-festa ta' din is-sena kien il-Hadd fil-ghaxija meta l-Istatwa Kapulavur ta' San Gwann daret max-Xewkija akkunpanjata mil-Banda Prekursur. Din is-sena kellna fostna ukoll ir-Relikwa ta' San Gwann meqjuma fil-Katidral ta' Ragusa li ngarret min erbgha sacerdoti. Qabel il-Purcissjoni fil-Knisja kien hemm il-Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija min Mons. Pawl Cremona Arcisqof Emeritus bis-sehem tax-Xewkin li joqghodu barra ir-rahal. Fis 6.45pm , il-Banda Prekursur ghamlet marc mil-Kazin ghal-pjazza fejn imbaghad laqghet l-istatwa tal-Battista bl-innu il-Kbir. Il-Banda Prekursur akkunpanjat il-Purcissjoni bid-daqq ta' innijiet religjuzi u l-innu marc.Fit-8.15pm il-Banda Mnarja tan-Nadur ghamlet marc u programm muzikali fuq il-plancier fil-Pjazza.

DSC_5797-1024
DSC_5945-1024

 


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
03:07 
A+ | A- | Reset