Home arrow Poeziji arrow San Gwann Battista -170 Sena Fostna (Poezija tal-Kav Joe M Attard)
San Gwann Battista -170 Sena Fostna (Poezija tal-Kav Joe M Attard) PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 24, 2015 at 04:13 AM

Fix-Xewkija, fir-Rotunda
Qieghed nilmah festa kbira –
Ibqghu certi li l-Istatwa
Tal-Battista hi fil-mira!

Din is-sena, din il-gawhra
T’Azzopardi, tal-injam,
Mija w sebghin sena taghlaq -
Tax-Xewkin dan kien il-pjan

Li l-Parrocca tkun imzejna
B’din il-vara titulari
Li harget minn zokk ta’ sigra –
Fl-iskultura xoghol wisq rari. 

Wara dik ta’ San Gorg martri
Mastru Pawl sigr' ohra qabad,
Minnha hareg lill-Battista
Gherfu w dehnu mieghu rabat

Sakemm irnexxielu jnaqqax
Dan il-kbir kapolavur
Li x-Xewkin annuna jsellmu:
Viva, Viva l-Prekursur!

Bin ix-xwejha Elizabetta
Iben il-kbir zakkarija,
Bla biza ‘l Erodi canfar
Mghaddas f’zina, bla misthija!

Ta’ dan Gwanni hallas qares
Ghax rasu spiccat fuq platt,
Ghax lil dan il-kbir Tetrarka
Li ma kien jibza’ minn hadd,

Ghalih hareg bl-ebda biza’
Biex jiftahlu dlonk ghajnejh;
Ma jhallihx joghdos fil-hama
‘Mma xi darba jressqu lejh!

Prim kugin ta’ Gesu’ Kristu
Lilu ghammed fil-gordan,
Ghalkemm stqarr ma kienx jisthoqqlu
Li jaqfillu l-qfieli ‘l dan!

Tassew mela x-Xewkija
Ghandha kbir Qaddis Patrun
Illi harstu tefa’ fuqha
W ghadu hekk jaghmel sallum!

Ibqa’ iva harstek itfa’
Fuq uliedek ix-Xewkin
U tinsiex lil dawk imbieghda
U mal-globu mxerrdin! 

Erga’ ejja witti t-toroq
Ta’ dil-gzira hekk mifxula,
Erga’ llixxa l-hotob kollha
Tal-ibliet u tal-irhula,

Biex mill-gdid naqbdu l-moghdija
Li twassalna ghand il-hallieq
Li bla dubju huwa l-hajja,
Il-verita’ u anke t-triq!

Kav Joe M Attard
Victoria Ghawdex
16-1V-2015


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 24, 2015 at 04:16 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:56 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org