Home arrow Poeziji arrow 170 Sena Fostna- Poezija ta Charmaine Hili
170 Sena Fostna- Poezija ta Charmaine Hili PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 05, 2015 at 04:42 AM
San Gwann 21-6-15

Ghaddew mija w sebghin sena,
minn dak inhar li rfist go rahalna,
u ghalkemm ghadda daz-zmien kollu,
ghadek b'dik il-harsa warajk issahharna.

Surtek mirquma, b'idek mghollija,
qed turi lid-dinja, b'subghajk il-werrej,
biex jindmu u jhejju t-triq ghall-Messija,
hemm bzonn tickien int biex jikber dak li gej.

Bi hsiebi mmur lura w nipprova nimmagina,
dak kollu li ghexu x-Xewkin f'dak il-jum,
li rawk l-ewwel darba gewwa t-toroq taghna,
kburin illi int ta rahalna patrun.

Illum inhoss lilna biex nigu nifirhu,
u inzommu hajja l-imhabba ghalik,
gewwa qalb kull Xewki, li thabbaT bil-qawwI,
kull meta din tisma lil min isemmik.

CHARMAINE HILI
2/5/2015


User Comments

Comment by armonija on 2015-08-07 15:05:04
Proset Charmaine...Kompli ikteb..
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 05, 2015 at 09:46 AM )
<Previous   Next>
Wednesday, 24 th April 2024
11:21 
A+ | A- | Reset