Home arrow Poeziji arrow Lil Sehibna Carmel Attard - Poezija ta' Omar Camilleri
Lil Sehibna Carmel Attard - Poezija ta' Omar Camilleri PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 07, 2015 at 04:03 PM
Illum f'dan il-jum specjali,
ghalina x-Xewkin,
infakkru Jum il-Banda
b'serata f'dal-kazin.

Sejrin illum niftakru,
f'sehibna Carmel Attard
bandist b'ezempju tajjeb,
puntwali u qatt tard.

Kull meta ahna jkollna,
servizz u anke kuncert,
dejjem ikun tal-ewwel,
u f'idu l-istrument.

Ghar-rahal jaghti kollox,
ghal-qalbu il-kazin
il-futbol u id-drama,
basta maghna x-Xewkin.

Ukoll ta' min isemmi,
ghal ftit mhux hazin snin,
bla hlas kien jigi jghallem,
l-aljievi f'dal-kazin.

Ahna qeghdin inhossu,
il-vojt li int hallejt,
imm' issa qieghed tgawdi,
ghaz-zmien li fih batejt.

Mill-qalb nghidulek grazzi,
tas-servizz li int servejt,
lil dar-rahal twelidek,
li int tassew habbejt.

f'dis-socjeta ghal dejjem
mhu sejrin ninsewk qatt,
ghal dejjem tibqa' maghna,
go qalbna ittimbrat.

Grazzi Nenu

Omar Camilleri
2/5/2015


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
14:45 
A+ | A- | Reset