Home arrow News arrow News arrow Arcipriet gdid ghax-Xewkija
Arcipriet gdid ghax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 7
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Aug 30, 2015 at 09:00 AM
 image(1) image
L-Arcipriet Daniel
Xerri
 L-Arcipriet Carmelo
Mercieca 

 

Ftit tal-hin ilu, waqt zjara li ghamel fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija l-Isqof t'Ghawdex Mons. Mario Grech habbar lil-poplu migbur fil-knisja li kien ser jahtar Arcipriet gdid ghal-Parrocca ta' San Gwann Battista tax-Xewkija.

L-Arcipriet gdid huwa Dun Daniel Xerri mill-parrocca ta' Marija Bambina x-Xaghra li serva bhala Kappillan fil-parrocca ta' San Lawrenz kif ukoll kien Rettur tas-Seminarju t'Ghawdex.  Huwa twieled fil 21 t'Awwissu 1969 u gie ordnat sacerdot fis sena 1994. Wara diversi snin jistudja Ruma, Dun Daniel gie lura Ghawdex fl-2004. Lura Ghawdex Dun Daniel serva bhala Kappilan ta' San Lawrenz kif ukoll kien Rettur tas Seminarju.

L-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca twieled fil 25 ta' Settembru 1941 u gie ordnat sacerdot fis-sena 1964. Mons. Carmelo Mercieca inhatar Arcipriet tax-Xewkija fis 6 ta' Frar 1972 u fit 43 sena li ghamel bhala Arcipriet huwa lesta l-knisja Rotunda, bena kampnar, inbniet il-koppla ta' quddiem,  inbena c-centru parrokjali, ingieb sett qniepen godda, inbnew zewgt oqsma tal-Museum, inbena il mahzen ta' l armar, bdiet tinbena Kappella gdida f' Ta' Gokk u hafna progetti ohra ta' gid ghax Xewkin kollha. Min nahha taghna nirringrazjaw hafna lil Mons. Mercieca u nawguraw lil Dun Daniel fil missjoni gdida ghal gid spiritwali u materjali tax Xewkin u nwieghduhom it-talb taghna.

Fr Daniel
 
 

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Sep 03, 2015 at 10:49 AM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
19:06 
A+ | A- | Reset