Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow 170 sena mill-Wasla tal-Istatwa ta’ San Gwann - Poezija ta' Omar Camilleri
170 sena mill-Wasla tal-Istatwa ta’ San Gwann - Poezija ta' Omar Camilleri PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 29, 2015 at 02:20 PM

Xhin thares lejk titpaxxa,
U tara dik is-sbuhija,
Li Pietru Pawlu naqxek,
Ta' pregju lix-Xewkija.

Fik tara l-persuna,
Kif ahna nisthajluk,
Minn zokk ghal din l-istatwa,
U llum qima naghtuk.

Qed turi lil Iben t’Alla,
Li gie salva lill-bnedmin,
Bla tebgha bhal Harufa,
Tghammed lill-midimbin. 

Ahna x-Xewkin kollha,
Tassew li bik kburin,
B’dak li missirijietna,
Xtaqu matul is-snin.

Ghalkemm is-snin minn fuqek,
Mija u sebghin jaqraw,
Zaghzugh ghadek b?al meta,
Ix-Xewkin lilek raw.

Il-ferh li huma hassu,
Ghadu jinhass sal-lum,
Kull meta f’dan it-tempju,
Nigu hawn ta’ kuljum.

Illum il-ferh hawn ghadu,
Kull meta nohorguk,
Il-poplu tax-Xewkija,
Tifhir u qima ntuk.

Iz-zghazagz ta’ dan ir-rahal,
Warajk kollha qeghdin,
Dan jixhed f’din il-festa,
Li naghmlu x-Xewkin.

Kull Xewki zgur bik kburi,
Anke hutna l-emmigranti,
Ghalkemm imbeghda minna,
F’hajjithom importanti.

Ghalhekk f’din il-?urnata,
Ninghaqdu ma’ xulxin,
Viva San Gwann Battista,
Patrun taghna x-Xewkin”

 Omar Camilleri 29/01/15


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Aug 29, 2015 at 02:25 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
04:38 
A+ | A- | Reset