Home arrow News arrow News arrow Apprezzament - Arcipriet Mons Carmelo Mercieca - Missier ix-Xewkija Moderna
Apprezzament - Arcipriet Mons Carmelo Mercieca - Missier ix-Xewkija Moderna PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Aug 30, 2015 at 12:56 PM

Dun Karm Mercieca twieled fil-25 ta’ Settembru 1941, fix-Xewkija Ghawdex minn Marcell Mercieca u Terezina mwielda Xuereb. Ghammdu zijuh, Mons Carmelo Xuereb, fil-knisja Arcipretali tax-Xewkija u kien moghti l-ismijiet ta Karmenu, Guzeppi u Anton.

 

Wara li ha l-edukazzjoni primarja fl-iskola tax-Xewkija, hu ssokta bl-istudji tieghu fis-Seminarju t’Ghawdex minn fejn ghamel b’success l-ezamijiet tal-General Certificate of Education. Hu kompla l-istudji ghas-sacerdozju u gie ordnat sacerdot mill-isqof Mons. Guzeppi Pace fil-5 ta’ April 1964, fil-Katidral t’Ghawdex. Huwa ghamel l-ewwel quddiesa solenni tieghu fis-7 ta’ Gunju  1964 fil-Bazilika ta’ San Gorg tal-belt Victoria u fl-14 ta’ Gunju tal-istess sena, huwa ghamel l-ewwel Quddiesa Solenni tieghu fil-Knisja Parrokjali tax-Xewkija.

Dun Karm inxtehet b’ruhu u gismu ghall-apostolat fost it-tfal u z-zghazagh fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat u ghamel ukoll zmien responsabbli mill-istess Centru. Kien mahbub hafna miz-zghazagh, li fih kienu jsibu sacerdot imheggeg, intelligenti u li jifhem il-problemi taghhom. Kien ukoll ghal xi zmien vici parroku tal-bazilika ta’ San Gorg.

Mal-hatra ta’ Mons Isqof  Nikol Cauchi bhala Amministratur Apostoliku ghal Ghawdex, Dun Karm gie mahtur biex jahdem f’bosta kummissjonijiet tal-Kurja, fosthom bhala Segretarju tal-Kummissjoni Kateketika, bix-xoghol ta’ ppjanar u organizzazzjoni tat-Taghlim Nisrani fid-Djocesi Ghawdxija. Kemm –il darba hu gie mibghut mill-Awtoritajiet tal-Knisja f’Ghawdex ghal diversi laqghat u kungressi f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Mal-mewt tragika tal-W.R. Arcipriet Dun Guzepp Grech fit-18 ta’ Ottubru 1971, il-Parrocca tax-Xewkija giet afdata f’idejn Mons Carmelo Xuereb, sakemm jintghazel l-Arcipriet il-gdid. Ix-xewqa tal-poplu Xewki kienet li l-Arcipriet il-gdid ikun mir-rahal taghhom, imzejjen bil-kwalitajiet kollha mehtiega li d-dinja moderna titlob. Wara konsultazzjoni mal-kleru u l-poplu, l-Ecc tieghu Mons Nikol Cauchi ghogbu jahtar lil Dun Karm Mercieca bhala l-Arcipriet il-gdid tax-Xewkija. Din l-ghazla giet milqugha b’entuzjazmu u sodisfazzjon kbir mill-poplu tax-Xewkija, ghax f’Dun Karm raw raghaj zaghzugh, billi kien ghad ghandu 31 sena, u sacerdot spiritwali, energetiku u aggornat.

 L-Arcipriet il-gdid ha l-pussess fis-6 ta’ Frar 1972, fost il-kant, ferh u capcip tax-Xewkin kollha. Hu gie mwassal minn hdejn il-mithna sal-misrah ewlieni f’karozza migbuda min-nies tar-rahal, akkumpanjat mill-Banda Prekursur. Ic-cerimonja tal-pussess saret f’parti mill-knisja l-gdida (ghax il-Knisja l-qadima kienet ghadha ma twaqqghetx) u tmexxiet mid-delegat tal-Isqof Mons Carmelo Xuereb, iz-ziju tal-istess Arcipriet. Wara c-cerimonja tal-pussess saret koncelebrazzjoni mill-Arcipriet il-gdid flimkien mal-kleru kollu tal-parrocca u mal-patrijiet Xewkin.

Fl-ewwel diskors tieghu bhala Arcipriet, Dun Karm Mercieca habbar il-programm tieghu li kien jinqasam fi tnejn: l-ewwel kien jirrigwardja it-tkomplija u d-dekorazzjoni tal-knisja l-gdida u t-tieni parti l-organizzazzjoni pastorali fil-Parrocca.

L-ewwel bicca xoghol kbira li kellu jhabbat wiccu maghha dan l-Arcipriet zaghzugh kien il-hatt tal-maqdes il-qadim minn gewwa r-Rotunda, li kif nafu dam jaqdi l-htigijiet spiritwali sat-2 t’April 1972. Il-hsieb ewlieni tieghu kien li dan isir fl-iqsar zmien sabiex il-poplu jkollu l-kumdità kollha u jibda jgawdi l-knisja Rotunda. L-iskultura prezzjuza u unika giet maqlugha bl-akbar attenzjoni u giet ippreservata bl-akbar sengha u ghaqal fil-Muzew tal-iskultura li l-ewwel gebla tieghu tqeghdet fid-29 ta’ Awwissu 1972 mill-Isqof  ta’ Ghawdex Mons Nikol Guzeppi Cauchi. L-istess Isqof, fit-18 ta’ Gunju 1974 bierek u fetah ufficjalment dan it-tezor fl-iskultura tal-gebla Maltija.

Matul dan iz-zmien ukoll kien ghaddej xoghol iehor kbir u ta’ sogru; it-tikhil u l-invjar tal-knisja minn gewwa. Numru kbir ta’ haddiema u voluntiera Xewkin, taht it-tmexxija tas-Sur Zakkarija Cilia meddew ghonqhom ghax-xoghol biex b’hekk il-knisja setghet tibda taqdi il-funzjonijiet li ghalihom giet mibnija. Kif giet imnehhija l-ahhar gebla tal-Knisja l-Qadima, inbeda minnufih ix-xoghol tal-invellar u l-ghoti tal-konkos tal-art kollha tar-Rotunda. B’dan ix-xoghol komplut, il-knisja, ghalkemm ’il boghod mis-sbuhija u l-glorja ta’ kif nafuha llum, giet ufficjalment iddikjarata miftuha u giet imbierka fil-15 ta’ Gunju 1973 mill-Isqof Cauchi.

Minn l-ewwel jiem wara l-pussess tieghu, Mercieca kien ga seraq il-qlub ta’ bosta zghazagh li nghaqdu warajh ghal dak kollu mitlub minnhom biex flimkien jahdmu sabiex igibu ‘l quddiem l-isem  tar-rahal tax-Xewkija. Dan il-moviment wassal biex fl-1972 jigi ffurmat, dak li maz-zmien kellu jkun maghruf bhala l-“Grupp  Zghazagh tac-Centru”. Sa Gunju tal-istess sena kien gie ffurmat ukoll il-“Kor Vox Clamantis”, taht id-direzjoni ta’ Dun Gorg Mercieca, maghmul minn ghadd ta’ xebbiet u guvintur. F’dak iz-zmien ukoll, nibtet l-“Ghaqda Drammatika Xewkija” li sallum ghadha mpenjata f’xoghlijiet teatrali fir-rahal tax-Xewkija.  Fi Frar 1973, dehret l-ewwel harga tal-publikazjoni “Gourgion”, revista bi nformazzjoni generali, taghrif interessanti, ahbarijiet, attwalita u kronaka tal-parrocca, li ukoll ghada sallum tigi ppublikata.  F’Marzu tas-sena 1973, il-Purcissjoni tad-Duluri saret ghall-ewwel darba forma ta’ Pageant fejn hadu sehem numru sabih ta’ zghazagh lebsin kostumi Biblici. Din il-Purcissjoni Pageant, baqghet kull sena dejjem tikber u zzid fil-popolartità taghha u dan grazzi ghat-thabrik ma jaqta’ xejn tal-Arcipriet Mercieca, li taghha huwa l-fundatur.

L-Arcipriet Mercieca, zamm mal-weghda tal-programm tal-pussess tieghu u ta prijorità u importanza xierqa lit-taghlim u t-tixrid tieghu fil-parrocca. Principju fundamentali li haddan l-Arcipriet hu, li biex tattira u torganizza ahjar it-taghlim, huwa mehtieg li jkollok l-infrastruttura adattata, moderna u li tilqghek. Dan wassal ghall-bidu ta’ zewg progetti kbar li l-poplu tax-Xewkija, mehdi kif kien bil-bini u d-dekorazzjoni tar-Rotunda, mhux biss ma kienx holom bihom, izda lanqas biss kien jemmen li huma possibbli; Qasam gdid tal-Museum ghas-Subien u l-bini ta’ Centru Parrokjali gdid fil-pjazza ewlenija tar-rahal. L-ewwel gebla tal-Museum tas-subien giet imqeghda fil-5 ta’ Mejju 1974 mill-Isqof Nikol Cauchi  filwaqt li fis-16 ta’ Lulju 1975 tqeghdet l-ewwel gebla tal-kappella tal-istess Qasam minn Dun Guzepp Camilleri.  Fis-26 ta’ Mejju tal-1977 inbeda x-xoghol fuq l-ippjantar tac-Centru Parrokjali minn ghadd ta’ voluntiera xewkin, fuq pjanta tal-perit Joe Dimech li esegwixxa dan ix-xoghol, biex il-faccata tac-Centru tikkumplimenta arkitettonikament lill-knisja Rotunda.

Taht it-tmexxija ghaqlija tal-Arcipriet Mercieca, u bi spirtu qawwi ta’ volontarjat, bejn is-snin 1974-1978, il-poplu Xewki ta bidu ghal aktar progetti kbar u ambizzjuzi, peress li f’Gunju tal-1978, ir-rahal kien se jiccelebra it-300 sena minn meta l-Isqof Girolamo Molina waqqaf lix-Xewkija bhala l-ewwel parrocca ‘l barra mir-Rabat fl-1678. Il-progetti li nbdew u li kienu konkluzi kienu; il-bini ta’ sala kbira fuq is-sagristija, il-bieb il-kbir tar-Rotunda, ix-xiri ta’ bankijiet godda ghal-knisja, l-artal mejda, il-kisi bl-irham tal-presbiterju, il-bini tal-prospettiva tal-kor, sitt prospettivi ghall-gnub, portiku imsaqqaf b’gallerija u zewg prospettivi, kull wahda b’zewg nicec fuq xulxin, ghal hdejn il-bieb il-kbir tal-knisja. Ix-xoghol kollu tal-bini tal-prospettivi sar mill-bennej Leli Saliba mill-Gharb Ghawdex filwaqt li l-iskultura kollha tal-gallerija tal-orgni u tal-prospettiva tal-kor huma xoghol l-iskulturi xewkin Toni u ibnu Kristinu Camilleri. Fit-18 ta’ Gunju 1974,  gie inawgurat il-bieb il-kbir mahdum fl-injam Teak mis-Sur Salvu Tabone mix-Xewkija, fuq disinn tas-Sur Toni Saliba mir-Rabat Ghawdex

L-artal mejda, li wasal fit-2 t’Awwissu 1975, inhadem mid-ditta Romeo Ceccotti u gie mbierek mill-Isqof Nikol Guzeppi Cauchi fid-29 t’Awwissu 1975. It-tqeghid tal-irham tal-presbiterju kien afdat lid-ditta rinomata lokali A.F.Ellis tar-Rabat Ghawdex, xoghol li nbeda fit-2 ta’ Mejju 1976.  F’dan iz-zmien ukoll saret l-istallazzjoni kollha tal-elettriku fuq pjanta tal-maghruf inginier Albert Camilleri, xoghol li kien esegwit mill-kumpanija ta’ Joseph Hili mix-Xewkija. Xoghol iehor li kien ghaddej f’dan iz-zmien kien il-bini taz-zuntier ta’ quddiem il-knisja u t-tqeghid tal-madum tieghu, liema xoghol ukoll meddew idejhom ghalih ghadd ta’ voluntiera Xewkin. Min jista’ jfisser il-ferh tal-poplu xewki, maghqud wara r-raghaj spiritwali tieghu Dun Karm Mercieca, hekk kif raw il-knisja Rotunda, tigi kkonsagrata fis-17 ta’ Gunju 1978 mill-Isqof Nikol Cauchi.

F’din ic-cirkostanza, b’digriet tal-istess Isqof, il-Knisja Rotunda giet mghollija ghad-dinjità ta’ Santwarju Djocesan u sede Spiritwali tal-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta’ San Gwann , kif ukoll, fost il-ferh tax-Xewkin kollha, l-Arcipriet Carmelo Mercieca gie mahtur Monsinjur Onorarju tal-Katidral b’effett mis-16 ta’ Gunju 1978. Biex imexxi dawn il-festi solenni, fl-24 ta’ Gunju tas-sena 1978, Mons Carmelo Mercieca flimkien mal-kleru laqgha lill-Kardinal Silvio Oddi fost il-ferh tal-poplu kollu tax-Xewkija.

Konsagrazzjoni ta’ Knisja titlob tnax-il salib, u l-kleru kien qabel mad-decizjoni tal-Arcipriet li jintuzaw l-istess slaleb tal-knisja l-qadima, li kienu mahduma tondi fl-alabastru. Biex jigu jixirqu aktar mal-istil tal-knisja Rotunda kien tqabbad is-Sur Guzè Galea biex johloq disinn li jelabora aktar dawn is-slaleb. Is-Sur Galea ghamel disinn ta’ salib bi tmien ponot, liema xoghol gie esegwit fil-bronz mid-ditta Stefan Sibillo.

Wara l-festi tricentinarji, l-Arcipriet Mercieca tefa’ harstu fuq progetti ohra kbar u li kienu jirrikjedi il-generozità tal-poplu Xewki fil-massimu taghha: sitt pitturi ta’ daqs kbir fl-ispazji tal-prospettivi u l-pavimentar tal-knisja.

Fl-1978 l-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi lesta ghall-knisja Rotunda tax-Xewkija l-ewwel zewg inkwatri li juru lil Gwanni jistqarr lil Kristu bhala l-Haruf t’Alla,  u l-ohra li turi l-Maghmudija ta’ Kristu minn Gwanni. Fis-sena ta’ wara tlestew l-inkwatri tat-Twelid tal-Battista u Gwanni qed icanfar lil Erodi u zzanzan ukoll id-damask ghal mal-kolonni u l-frizijiet tal-prospettivi. Fis-sena 1980 Camilleri Cauchi lesta l-ahhar zewgt inkwatri, dak tat-thabbira tal-Arkanglu Gabriel lil Zakkarija u tal-Martirju tal-Battista.

Il-progett l-iehor, li kien it-tqeghid tal-pavimentar tal-art, inbeda fis-17 ta’ Novembru 1980. Id-disinn ta’ dan ix-xoghol kien afdat mill-gdid f’idejn ir-Rabti is-Sur Guzè Galea u d-ditta A.F.Ellis tar-Rabat Ghawdex regghet giet inkarigata bit-tqeghid tieghu.

L-ewwel progett kbir li gie inawgurat fis-snin tmenin, taht it-tmexxija tal-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, kien il-ftuh ufficcjali u t-tberik tac-Centru Parrokjali fit-2 ta’ Mejju 1980, progett li skont l-istess Arcipriet mhux biss kien bzonjuz izda kellu jkun il-Power Station tar-rahal tax-Xewkija.

Aktar inizjattivi li ttiehdu f’dan id-decennju insibu:

·         L-ewwel operetta, Fior di Loto (1980) taht it-tmexxija tas-Surmast Guzeppi Farrugia, xi haga gdida ghar-rahal taghna u li tant hadem ghas-success taghha l-Arcipriet Mercieca. Ta’ min jghid li dawn l-operetti baqghu jittellghu kull sena sal-1989, 10 operetti b’kollox biex imbaghad fis-sena 1990 regghet ittellghet l-ewwel operetta, Fior Di Loto, li gabet fit-tmiem din l-era teatrali li gibdet lejha eluf kbar ta’ Ghawdxin kif ukoll Maltin.

·         Fil-bidu tas-Sena 1980 twaqqfet ufficjalment l-“Australian Xewkija Association” ta’ Melbourne.

·         Fl-1981 ix-xoghol tat-tqeghid tal-pavimentar tal-knisja kompla ghaddej b’ritmu qawwi.

·         Fit-22 ta’ Gunju 1982 gie inawgurat il-pavimentar tal-art tar-Rotunda, mill-Isqof Mons. Nikol Guzeppi Cauchi, biex b’hekk giet kompluta wahda mill-akbar opri li saru fir-Rotunda.

·         Fl-1983 inhadmet antiporta tal-Aluminium ghall-bieb tan-naha tal-Punent tal-Knisja.

·         Fl-1983 ukoll izzanznu l-bradelli godda tal-parana u kewba ghal-vari tal-Gimgha l-kbira u gie irrestawrat il-bieb il-kbir minn ghadd ta’ voluntiera xewkin.

·         Fit-18 ta’ Marzu 1984 giet imbierka statwa gdida ta’ San Gwann Battista, xoghol Michael Camilleri Cauch, biex tintbghat lil emigranti Xewkin ta’ Melbourne.

·         Fl-1984 twaqqfet is-“Sydney Australian Association”.

·         Fl-1984 ukoll sar xoghol kbir ta’ manutenzjoni fic-cimiterju tax-Xewkija u tlestiet l-antiporta l-ohra tan-naha tal-Lvant.  F’din is-sena wkoll izzanznu erba’ brazzi ghal fuq kull bankun tal-vari tal-Gimgha l-Kbira, fans godda ghall-knisja Rotunda u sett triehi b’gallun gdid ghal fuq l-altar maggur ghal waqt il-festi principali.

·         1985: Saret vara gdida tar-Redentur, xoghol Alfred Camilleri Cauchi, biex tiehu post dik tar-Redentur li kien hadem missieru, Agostino Camilleri, fis-sena 1922.

·         Bejn is-snin 1985 u 1986 inhadmu fl-injam il-konfessjonarji ta’ taht il-prospettivi tan-nofs mill-mastrudaxxa Karmnu Portelli mill-Qala Ghawdex.

·         Fl-1986, fuq disinn ta’ Guze’ Galea, inhadem fl-irham Ambone ghal fuq il-presbiterju. Fl-istess sena wkoll tlestew il-pedestalli tal-irham, ta’ hdejn in-nicca ta’ San Gwann, li fuqhom qed jistriehu zewg monumenti, mezzo busti, tal-Arcipriet Dun Guzepp Grech, u tal-Perit Guze D’Amato. Il-monumenti nhadmu mill-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi fl-istess sena.

·         Fil-bidu tas-sena 1987, l-Arcipriet Mercieca ghamel sejha ohra ghall-generozita tal-poplu Xewki biex fl-iqsar zmien possibli jaghtu bidu u jtemmu  l-bini ta’ Kampnar fuq in-naha tal-Lvant tal-Knisja.  L-ewwel gebla tbierket u tqeghdet mill-Isqof Cauchi fil-15 ta’ Gunju 1987.  Il-bini tal-kampnar jien afdat f’idejn  il-bennej Toni Axiaq taht is-supervizjoni tal-perit Alex Torpiano. Il-pjanta tal-kampnar hija tal-arkitett Guze D’Amato.

·         Fl-1988 saru sett ta’ bandalori godda b’messagg bibliku u kateketiku ghal mal-kolonni tal-knisja.

·         F’Gunju 1989 gie mzanzan l-ewwel sett ta’ pavaljuni tad-dawl, ghal Triq il-Knisja. Fis-snin ta’ wara, it-toroq kollha principali tar-rahal tax-Xewkija gew imsaqqfa kollha b’pavaljuni simili.

·         Bejn is-snin 1989 u 1990 tkompla x-xoghol fuq il-kampnar u sa Gunju 1990 kienet ga tlestiet mill-bini l-parti tal-livell tal-arlogg.

 

 

Fis-snin disghin l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, kompla ghaddej bil-hidma tieghu favur it-tisbih tal-knisja Rotunda tax-Xewkija u b’attivitajiet u inizjattivi ohra immirati ghall-gid u t-tisbih ta’ dan ir-rahal.

·         Fis-sena 1990, gew inawgurati Sedja ghac-celebrant u zewg banketti ghall-ministri, liema xoghol gie mahdum mill-marmista Ronald Pisani.

·         Inxtara orgni gdid ghall-knisja Rotunda.

·         Fl-1990, rajna lill-poplu tax-Xewkija jikkonkorri biex jirrestawra l-istatwi tal-profeti li jintramaw fi zmien il-festa fil-misrah ewlieni.

·         Fid-29 ta’ Awwissu 1991 gie inawgurat il-kampnar, li l-gholi tieghu ilahhaq il-180 pied (55 metru) u gie mbierek mill-istess isqof li rah jinbeda’, Mons Isqof Cauchi, fil-prezenza tal-Arcipriet Mercieca, kleru u poplu.  

·         Fit-2 ta’ Settembru 1991  l-erba’ qniepen gew imtella’ fuq il-kampnar.

·         19 ta’ Jannar 1992: Tberik tal-ewwel gebla tal-Qasam tal-Museum tal-Bniet.

·         Fid-27 ta’ Awwissu 1992 inbeda x-xoghol fuq it-tieni sular tal-Qasam tal-Museum tas-subien. Progett li gie jiswa Lm20,000.

·         Fl-1993 il-Banda Prekursur zanznet sett qniepen (chimes) biex jindaqqu fl-Innu l-kbir waqt il-hrug ta’ San Gwann mill-knisja.

·         Fl-10 ta’ Gunju 1994 sar it-tberik tal-parti l-gdida tac-cimiterju.

·         Fit-22 ta’ Gunju izzanznet l-ewwel fazi tal-plancier il-gdid li kienet tikkonsisti f’qafas tal-hadid forma ta’ naghla. disinn tas-Sur Joe  Sagona u xoghol tas-Sur Toni Grima.

·         Bejn l-1994-1995 saru erba’ nicec tal-kewba, mill-mastrudaxxa xewki Ganni Zammit, ghall-istatwi ta’ Sant Antnin, Sant Elija, l-Madonna tal-Karmnu u Sant Indrija.

·         Fl-istess snin, l-istess mastrudaxxa rrestawra l-gwarnici  tal-Via Sagra, filwaqt li l-pittura giet irrestawrata minn Manuel Zammit. Il-gwarnici gew indurati wkoll bid-deheb xoghol imwettaq mill-induratur John Pace. Gew indurati bid-deheb ukoll, il-gwarnici tas-sitt inkwatri tal-prospettivi.

·         Fl-1995 bdiet tigi zviluppata propjeta’ tal-knisja f’ “Ta’ Gokk”  biex isservi ta’ Centru ta’ taghlim u duttrina ghat-tfal u ghall-parruccani ta’ dik ix-xaqliba.

·         Fis-sena 1995, bit-thabrik tal-Arcipriet Mercieca, meghjun mill-Kumitat festi esterni,  saru festi specjali biex ifakkru il-150 sena mill-migja tal-istatwa ta’ San Gwann Battista fix-Xewkija. Ghal din l-okkazjoni, l-Arcipriet Mercieca, heggeg lix-Xewkin, biex bhala rigal lil San Gwann issir induratura fid-deheb lill-pedestall tieghu. Ix-xoghol tal-induratura sar mill-espert maghruf Publiju Magro ghal spiza ta’ Lm 3500, somma li ngabret fi ftit jiem fiz-zmien l-istess festi.

·         Fit-13 u 15 ta’ Gunju 1995 ittellghet b’success L-“Ghanja tal-Battista” spettaklu ta’ dawl, zfin u drama, kitba ta’ Lawrence Camilleri u produzzjoni ta’ George Mizzi.

·         Fid-13 ta’ April 1996 gie inawgurat il-Qasam tal-Museum tal-Bniet.

                  Fl-1996 giet organizzata ahjar l-“Ghaqda Armar Xewkija”  u dan          wassal  biex minn hdanha jinbet il-“Kumitat Zghazagh Brijuzi Xewkin”        - KZX1996. L-ghan ewlieni ta’ dawn l-ghaqdiet hu li jkomplu jsebbhu l-         festa ta’ San Gwann Battista, kemm f’xoghol ta’ restawr fuq armar              ezistenti, kemm f’hidma ta’ armar gdid u fl-ahhar u mhux l-inqas, fl-              organizzazzjoni tal-briju waqt il-marcijiet. F’dan l-elenku ta’ progetti              imwettqa fi zmien l-Arcipriet Mercieca ma hux possibli li nsemmu l-             inawgurazzjoni tal-progetti kollha mwetqa minn dawn il-kumitati                   habrieki pero’ se nsemmu biss l-aktar progetti sinifikanti u li baqghu           mfakkra.

·         Bejn 1997 u 1998 il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi mela’ l-ispazji tal-prospettiva tal-kor bi tliet xoghlijiet tassew artistici. Fin-nofs pitter lil Kristu mislub, fuq il-lemin tal-Kurcifiss niltaqghu mall-Madonna u ma’ San Gwann l-Evangelista fil-waqt li n-naha l-ohra pitter lil Gwanni l-Battista fid-dezert, inkwatru ispirat mit-titular l-antik ta’ Gioacchina Loretta.

·         Fit-13 ta’ Gunju 1997 saret l-ewwel xandira ta’ Radju Prekursur, mis-sala ta’ fuq is-sagristija.

·         Fis-sena 1998 gew inawgurati l-istudios godda ta’ Radju Prekursur fit-tieni sular tac-Centru Parrokjali.

·         Fl-1998 inbeda’ x-xoghol tal-bini fuq mahzen gdid tal-armar biswit dak ezistenti.

·         Fl-1999 tlesta r-restawr kollu fuq l-istatwi tal-profeti, li jintramaw fil-pjazza tax-Xewkija fi zmien il-festa kif ukoll gie irrestawrat il-pedestall tad-dimostrazzjoni.

·         Fl-1999 ukoll gie inawgurat it-tieni studio ta’Radju Prekursur, fic-Centru Parrokjali, biswit l-ewwel studio. 

 

Bis-sena elfejn fuq l-ghatba, hafna kienu tal-fehma li l-Arcipriet Mercieca, wara kwazi 30 sena bhala raghaj spiritwali tal-parrocca kien se jibda jnaqqas fil-hidma tieghu. Dan mhux talli ma sehhx, izda nistghu nghidu, li fis-snin elfejn l-Arcipriet Mercieca wettaq fost l-akbar u l-aktar progetti ambizzjuzi ta’ kull zmien u kif ukoll kien strumentali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet importanti li sa dak iz-zmien ix-Xewkija kienet ghadha ma ratx bhalhom.

·         Fis-sena 2000 gew imzanzna 21 pjaneta maghmulin minn tessuto piglietti ta’ kulur isfar, bi stoluni homor irrakmati b’hajt tad-deheb bi stil barokk. Intuzaw l-ewwel darba minn Mons Isqof Nikol Cauchi, l-ministri u c-celebranti li assistewh fil-pontifikal ta’ dik is-sena.

·         Ghall-festa tas-sena 2000 gew argentati  erba’ forcini tal-bronz u s-sett tal-gandlieri tal-artal mejda.

·         Fis-sena 2000 ukoll sar vestwarju gdid ghall-korp sant ta’ Santa Teodora, gie mahsul bid-deheb is-salib li ghandu f’idejh San Gwann tal-istatwa titulari. Izzanzan ukoll  tapit gdid ahmar ghall-korsija li jwassal mill-bieb ta’ barra sal-presbiterju biex jintuza fil-festi principali ta’ matul is-sena fil-knisja Rotunda.

·         Fl-20 ta’ Gunju 2001 gie inawgurat il-Plancier il-gdid tal-Banda Prekursur ghall-misrah ewlieni. Grazzi kbira tmur ghal numru kbir ta’ voluntiera li hadmu fuq dan il-progett, u lill-artist Paul Falzon ghax-xoghol ta’ rhamar.

·         Fis-sena 2002 tqeghdu f’posthom l-ewwel zewg statwi tal-gebel ta’ 13 –il pied –il wahda fil-faccata tal-knisja,  xoghol l-iskultur Malti Anglu Agius, li juru lil Madonna bic-ckejken Gesu’ u l-ohra turi lil Elizabbetta mat-tifel Gwanni.

·         Fl-istess sena wkoll (2002) gie nstallat lift ghal fuq il-bejt tal-Knisja u saru girlandi u fjuretti tal-ganutell ghal quddiem l-istazzjonijiet tal-Via Sagra u ghal mal-pedestall tal-istatwa tad-Duluri.

·         Fl-14 ta’ Gunju 2003 gew imqeghda f’posthom iz-zewg statwi l-ohra fin-nicec ta’ fuq tal-faccata tal-knisja,  statwi li jirraprezentaw  lil Zakkarija, u lill-Arkanglu Gabriel. 

·         Fis-sena 2003 ukoll saret argentatura gdida tal-Ostensorju tal-festa.

·         Fil-15 ta’ Lulju 2003 sar it-tberik tal-paviment u zokklatura gdida tal-irham ghall-kappella tal-Hniena, xoghol mid-ditta Sare’ fuq disin tal-perit J.Dimech.

·         Fid-19 ta’ Dicembru tas-sena 2003 inbeda l-ahhar progett f’dak li ghandu x’jaqsam mal- kostruzzjoni tar-Rotunda , il-koppla ta’ quddiem. It-tanbur ta’ din il-koppla kien inbeda’ mill-bennej Guzepp Vella meta kienet qieghda tinbena il-knisja pero’ kellu jkun ibnu, is-sur Raymond Vella li jwassal dan ix-xoghol sat-tmiem.

 

·         Fis-sena 2004, l-Arcipriet Mercieca bierek u inawgura statwa gdida ta’ San Gwann, mahduma minn Michael Camilleri Cauchi ghall-inhawi tal-Gibjun.

·         Ghall-festa tas-sena 2004 gie mzanzan l-ewwel trofew minn sett ta’ sitta ghal-pjazza.

·         F’din is-sena wkoll, 2004, twahhlu mal-faccata tal-knisja Rotunda zewg plakek tal-irham wahda bil-Magnificat u l-ohra bil-Benedictus.

·         Fis-sena 2004 ukoll  saret l-installazjoni ta’ sistema gdida tas-sound ghall-knisja Rotunda bl-ahhar teknologija minn Mr Albert Van der Houf ta’ Haccusto International, sistema li swiet Lm 9,800.

·         Fit-22 ta’ Ottubru 2004 sar il-Kungress Universali tas-Sacerdoti fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija.

·         F’ Novembru  2004,  l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca gie  moghti  “Gieh ix-Xewkija”, mis-Sindku l-Av. Monica Vella,  l-oghla unur li wiehed jista’ jkun moghti mill-komunita, bhala rikonoxximent ghall-hidma ma taqta’ xejn tieghu.

·         Fis-sena 2005 l-Arcipriet Mercieca bierek u inawgura statwa ohra gdida ta’ San Gwann Battista mahduma mill-artist Xewki, Hubert Saliba ghal hutna emigranti f’Sydney.

·         Fis-6 ta’ Awwissu 2005 (Festa liturgika tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej) sar il-kuntratt ghal tliet qniepen godda mid-ditta Ingliza Taylor and Bellfounders u r-restawr tal-erba’ qniepen ezistenti u  minnufih beda l-gbir ghal dan il-progett.

·         Fil-Milied tas-sena 2005, l-erba’ qniepen daqqew ghall-ahhar darba lkoll flimkien.

·         Fis-26 ta’ Dicembru 2005 l-erba’ qniepen tnizzlu minn fuq il-kampnar mis-Sur Paul Attard u George Vella, taht is-supervizjoni tas-sur Toni Grima biex jittiehdu ghar-restawr f’Rahal Gdid. Ix-xoghol fuqhom u fuq l-ilsna godda ghalihom  sar mis-sur Peter Boulter taht is-supervizjoni tal-inginier Frans Psaila.

·         Fil-21 ta’ Jannar 2006 lejliet il-konsagrazzjoni ta’ Mons Isqof Mario Grech saret velja ta’ talb fil-knisja Rotunda fejn l-istess isqof, imdawwar b’Ghawdex kollu, gie moghti l-insinji Episkopali li jikkonsistu fic-Curkett, il-Mitra u l-Baklu.

 

Gurnata ohra storika ghall-knisja Rotunda tax-Xewkija kienet il-lejla tas-7 ta’ Gunju 2006 meta ix-xewkin laqghu b’ferh kbir is-sett ta’ tliet qniepen godda mahduma mid-ditta Ingliza Taylor and Bellfounders. Tlett ijiem wara, f’cerimonja mill-isbah fil-pjazza ewlenija, sar it-tberik tal-qniepen il-godda u ta’ erba’ qniepen ohra li gew restawrati, liema cerimonja kienet immexxija mill-Ecc. tieghu Mons Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex.  Il-qniepen il-godda gew imsemmija: il-kbira “Giovanna”, tan-nofs “Elizabetta” u z-zghira “Marija Addolorata.” F’din l-istess cerimonja giet imbierka wkoll statwa gdida ta’ San Gwann Battista mahduma fil-gebla maltija, mis-Sur Anglu Agius, ghal fuq il-frontispizju tal-faccata tal-knisja. Avvenimenti ohra ewlenin li sehhew fiz-zmien l-Arcipriet Mercieca sas-sena 2010:

·         Fl-20 ta’ Gunju 2006, fl-okkazjoni tal-10 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Zghazagh Xewkin, l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura statwa gdida ta’ San Gwann, mahduma fil-gebla maltija mid-ditta Agius ta’ Malta  ghall-pjazzetta fl-inhawi tal-Hamrija.

·         Fl-2006 wkoll izzanznu erba’ bukketti tal-ganutell ghal mal-pedestall tal-istatwa titulari ta’ San Gwann Battista.

·         F’Lulju 2006, bl-ghajnuna ta’ ghadd ta’ voluntiera xewkin, taht is-supervizjoni tas-sur Toni Grima u s-sur Raymond Vella, is-seba’ qniepen gew imtella’ fil-kampnar. Ta’ min hawnhekk izid li l-Inginier Frans Psaila b’kollaborazzjoni mal-periti Alex Torpiano u Karl Farrugia iddisinjaw struttura kbira ta’ travi tal-hadid li kellha tatrezza fiha s-seba’ qniepen minghajr ma titfa’ xi caqlieq orizzontali fuq l-istruttura tal-kampnar waqt id-daqq.

 

·         Fid-9 ta’ Gunju 2007 giet inawgurata il-koppla ta’ quddiem mill-Isqof ta’ Ghawdex Mons. Mario Grech. L-gholi ta’ din il-koppla huwa ta’ 88 pied (27 metru), fil-waqt li d-dijametru taghha huwa ta’ 33 pied (10 metri) minn gewwa u 36 pied (11 il-metru) minn barra. Il-koppla giet imkahla minn diversi voluntiera Xewkin taht is-supervizjoni tas-sur Guzepp Pace, wiehed mill-kahhala ewlenin tal-knisja Rotunda. Wara li l-Isqof bierek is-Salib ghal fuq l-istess koppla, hu qaghad jassisti ghat-tlugh tieghu sa fuq il-lanterna taghha. Is-salib ta’ din il-koppla inhadem mill-mastrudaxxa Xewki is-sur Ganni Zammit, il-qisien tieghu huma ta’ 6 piedi (1.8 metri) tul u 4.5 piedi (1.4 metri) wiesa u jizen 62 kilogramm. Fatt interessanti li jirrigwarda dan is-salib huwa, li l-mastrudaxxa hadem dan ix-xoghol minn travu tal-injam, li kien mitfugh fuq il-bejt tal-knisja u li fis-snin sittin u sebghin kien intuza fl-armar waqt il-bini tar-Rotunda. 

·         Fl-2007 wkoll saret raggiera gdida bl-Ispirtu s-Santu ghall-istatwa tad-dimostrazzjoni liema statwa kienet irrestawrata fis-sena 2003.

·         Fit-12 u 13 ta’ Gunju 2007 ittella’ l-Musical  “Grajjietna”  fuq inizjattiva tas-Sur Frans Galea, direttur ta’ Radju Prekursur, fl-okkazjoni tal-10 snin anniversarju mit-twaqqif ta’ l-istess stazzjoni.  Dan il-musical, kitba ta’ Mario Borg u muzika ta’ Ivan Farrugia, kien ta’ sorpriza kbira ghall-Mons Carmelo Mercieca li ddeskrivih bhala l-aktar bicca xoghol drammatika kbira li qatt ittellghet fix-Xewkija.

·         F’Gunju 2008  gie inawgurat il-logg tal-istained glass ghal fuq il-gallerija tal-orgni, li juri il-Glorja tal-Battista, disinn ta’ Pawlu Camilleri Cauchi u xoghol tad-ditta Taljana Domus Dei ta’ Ruma.

·         Fl-2009 giet imwaqqfa ufficjalment l-“Ghaqda Dilettanti Tan-Nar San Gwann Battista” biex jigi organizzat ahjar ix-xoghol pirotekniku ta’ matul il-festa.

·         Fis-sena 2009 ilqajna fix-Xewkija l-istatwa gdida ta’ Kristu Rxoxt, xoghol ta’ Alfred Camilleri Cauchi. Din l-istatwa harget processjonalment ghall-ewwel darba  fl-Ghid il-Kbir filghodu, 12 ta’ April 2009 akkumpanjata mill-Banda Prekursur. Il-mastrudaxxa zebbugi, Bertu Mallia, irrestawra l-antiporta l-antika tal-knisja l-qadima tax-Xewkija u adattaha bhala nicca ghall-istatwa tal-Irxoxt. Din in-nicca tinsab fis-sagristija tal-istess knisja.

·         F’Gunju 2009 gew inawgurati z-zewg loggijiet l-ohra  li nsibu fuq il-prospettivi tal-gnub li juru il-Vizitazzjoni u  ‘l Gwanni ma’ Kristu u l-Profeti.

·         Bejn is-17 ta’ Awwissu 2009 u l-10 ta’ Mejju 2010 inbidlu it-52 saljaturi tal-gebel li konna nsibu mal-faccata tal-knisja, xoghol li sar minn ghadd ta’ voluntiera Xewkin taht is-supervizjoni tas-Sur Toni Grima. Saret ukoll skrizzjoni imnaqqxa mal-friz tal-faccata, mill-iskultur, iben ix-Xewkija, Chris Camilleri, li taqra “TEMPLUM SANCTO JOANNI BATTISTAE DICATUM”  li tfisser - Tempju ddedikat lil San Gwann Battista.

·         Fit-22 ta’ Awwissu 2009 l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u fetah ufficjalment il-Club il-gdid tal-Football fi pjazza San Gwann Battista.

·         23 ta’ April 2010, l-Arcipriet flimkien mal-kleru u l-poplu xewki offra bukkett ward lill-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu fi triqtu lura lejn is-sawntwarju tieghu wara l-Pellegrinagg Djocesan li gie organizzat wara li l-Papa Benedittu XVI, irregala warda tad-deheb lill-istess inkwatru.

·         Fis-sena 2010 ukoll sar switch board gdid tad-dawl tal-knisja Rotunda, sar l-ippavimentar fl-irham ghal din il-kamra u nfetah bieb ghal gewwa l-kor. Saru wkoll zewg sopraporti fl-injam indurati bid-deheb, mill-artist xewki Hubert Saliba biex jitwahhlu wahda fuq il-bieb tal-kor u l-ohra faccata taghha. Dawn is-sopraporti saru fuq l-istess disinn taz-zewg sopraprti li nhadmu snin qabel u li nsibu wahda fuq il-bieb tas-sagristija u l-ohra fuq il-bieb li jaghti ghall-Muzew tal-Iskultura.

 

Fl-ahhar hames snin tal-Arcipriet Mercieca komplejna naraw u nassistu ghal aktar progetti ta’ tisbih fil-knisja Rotunda. Mons Carmelo Mercieca, li issa kien qieghed joqrob is-sebghin sena, mhux talli ma naqqasx mill-hidma tieghu izda rnexxielu jzomm l-istess karatteristici, l-istess energija u entuzjazmu li konna nafuh bihom fi snin aktar bikrija. Fost il-progetti u l-inizjattivi mehuda fl-ahhar hames snin insibu:  

·         Fis-sena 2011 izzanznu zewg gredenzini tal-irham xoghol il-marmista Ronald Pisani

·         Fis-sena 2011 ukoll, il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi temm ix-xoghol kollu ta’ pittura ghall-knisja Rotunda bl-ezekuzzjoni tal-erba’ Evangelisti, li jinsabu, tnejn fuq il-bieb li jaghti ghall-Muzew tal-Iskultura u t-tnejn l-ohra fuq il-bieb tas-Sagristija.

·         Fl-istess sena , sar ir-restawr ta’ zewg inkwatri, tat-Titular u tal-Kuncizzjoni,  li nsibu fil-Muzew tal-Iskultura, mill-Istudio Art Centers International ta’ Firenze.

·         Fl-2012 saru l-ginokjaturi ghal quddiem il-bankijiet tal-knisja u tlesta l-basement taht il-kappella fl-inhawi ta’ Gokk.

·         Fid-19 ta’April 2012 rega’ thaddem mill-gdid l-arlogg antik li kien jinsab fil-knisja l-qadima. Dan l-arlogg kien sar fis-sena 1872 mill-maghruf arluggar malti Mikielang Sapiano. Ghal din il-bicca xoghol offra ruhu is-sur Pullu Xerri mix-Xewkija, li ghalkemm mhux arluggar, izda bit-talenti mhux komuni fl-inginerija u fil-mekkanika rnexxielu mhux biss jirrestawra u jhaddem mill-gdid l-arlogg izda wkoll jimmodifikah u jgibu jhaddem erba’ ucuh. Ta’ min jghid ukoll, li s-Sur Xerri rnexxielu wkoll jinkorpora mal-arlogg zewg qniepen milli kienu gew restawrati fis-sena 2006, biex b’hekk l-arlogg, mhux biss jimmarka l-hin izda wkoll  isemma’ lehnu kull kwarta erbgha w ghoxrin siegha kuljum is-sena kollha.

·         Fl-2013 sar restawr tal-istatwa ta’ San Gwann Battista li nhadmet minn Wistin Camilleri  fis-sena 1912 minn Hubert Saliba u Keith Hili, kif ukoll saret induratura tad-deheb minn Donald Camilleri. Hubert Saliba hadem ukoll fl-istess zmien pedestal gdid ghall-istatwa ta’ San Gwann iz-zghir li tintuza fil-marc tal-Hamis ta’ qabel il-festa.

·         Fis-17 ta’ Gunju 2013, l-Arcipriet bierek u inawgura ir-restawr li sar fuq l-Ark Trijonfali tal-pjazza, f’gheluq il-mitt sena anniversarju minn meta nhadem ghall-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’Malta fl-1913.

·         Fis-sena 2014, l-Arcipriet Mercieca kien qieghed jiccelebra il-50 sena  mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu u fejn sacerdoti ohra jkunu naqqsu hafna mill-attivita’ taghhom, anke minhabba ragunijiet ta’ sahha, Mons Carmelo Mercieca jmur ihabbar progett iehor kbir; orgni gdid ghal-knisja Rotunda.

·         Il-Hadd 22 ta’ Gunju 2014, jum il-festa ta’ San Gwann, ghall-habta tas-sitta ta’ filghodu, l-Arcipriet sab tistennih sorpriza kbira li tant ferhitu. Il-membri tal-Kumitat Zghazagh Xewkin, wara lejl ta’ hidma bla heda, irnexxielhom iwaqqfu fil-pjazza tax-Xewkija, l-akbar Umbrellun, li qatt sar ghal xi festa titulari fil-gzejjer Maltin. Mons Carmelo Mercieca, ha l-inizjattiva li jinzel ikellem liz-zghazagh u offra minn qalbu li jbirkilhom dan il-progett uniku li sahansitra gibed l-attenzjoni  tal-media lokali u li sebbah mhux ftit il-festa ta’ dik is-sena.

·         Kien is-Sibt 16 t'Awwissu 2014, meta l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, u r-raprezentant ta’ Michael Farley Organ Builders, is-Sur Noel Gallo ffirmaw il-kuntratt ghax-xiri ta’ Pipe Organ gdid, progett li kien ser jigi jiswa madwar €260,000. Il-generozita tal-poplu xewki, li kif kienet minn dejjem,  ma tafx b’limitu,  regghet issorprendiet lil kulhadd u sa sena wara (Awwissu 2015) kienu ga ngabru €238,000. Il-hsieb hu li l-orgni jibda’ jintrama’ taht il-prospettiva tal-Kor, fl-ahhar jiem ta’ Dicembru 2015 jew l-ewwel xhur tas-sena 2016.

·         Fit-12 ta' Gunju 2015 l-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura  sistema gdida tad-dawl fuq barra, ghall-knisja Rotunda tax-Xewkija, biex hekk mhux tidher is-sbuhija tal-knisja matul il-jum biss izda anke wara nzul ix-xemx.

·         Fil-festa tas-sena 2015 ukoll, l-Arcipriet Mons Mercieca, kleru u poplu tax-Xewkija, laqghu b’ferh kbir ir-Relikwija ta’ id ta’ San Gwann  Battista meqjuma b’devozzjoni kbira fil-Katidral ta’ Ragusa fi Sqallija.

Kien il-Hadd, l-ghada tal-Festa tal-Martirju ta’ San Gwann 2015, meta l-poplu tax-Xewkija ircieva l-aktar ahbar li niktitu minn wara l-mewt tal-Arcipriet Grech: It-tmexxija tal-parrocca tax-Xewkija kienet se tghaddi minghand l-Arcipriet Mercieca ghal ghand is-successur tieghu. Ma nkunu qed nghidu xejn gdid meta nsejhu lill-Arcipriet Mercieca bhala  bniedem kbir u l-aktar influwenti mill-Kappillani u l-Arciprieti kollha ta’ qablu.   Iz-zmien wera li Mons. Carmelo Mercieca kien l-aktar bniedem  adattat u mibghut fostna b’mod provvidenzjali biex imexxi lir-rahal tax-Xewkija f’era sensittiva u delikata, bil-materjalizmu se jibda jerfa rasu  u l-ghajta tal-progress thabbat ma’ xtutna.  Dawn is-sinjali taz-zmien,  l-Arcipriet rahom minn kmieni  u moghni kif kien bil-kwalitajiet spiritwali, intelletwali, psikologici, organizzattivi u karatterjali, irnexxielu jispira, jqanqal u jsawwar il-parrocca tax-Xewkija f’komunità tassew nisranija fejn kulhadd ihossu utli u fejn is-sehem ta’ kulhadd  huwa importanti, apprezzat u fejn l-interess principali ta’ kulhadd hu  l-gid komuni tal-rahal.

L-opri li twettqu fiz-zmien l-Arcipriet Carmelo Mercieca huma kbar u bla ghadd.  It-tisbih kollu li nsibu fil-knisja Rotunda huma xhieda ta’ dan u jfakkru ismu lill-generazzjonijiet li ghad jigu matul is-snin. Pero l-akbar xoghol li wettaq  Dun Karm Mercieca m’humiex l-opri li naraw b’ghajnejna. Dawn l-opri ghalkemm kbar kollha jistghu jitkejlu u l-ispiza taghhom tista’ tigi ikkalkulata. L-akbar opri, l-Arcipriet Mercieca wettaqhom fil-mohbi u minghajr daqq ta’ trombi.  Min jista’ jkejjel il-gid li ghamel dan l-Arcipriet fost it-tfal u z-zghazagh matul is-snin tat-tmexxija tieghu. L-Arcipriet Mercieca mexa’ maghhom, ifforma fihom karattru sod, tahom spirtu qawwi ta’ patrijottizmu u sawwarhom fi rgiel li ghamlu unur u isem ghalihom u ghal rahalhom, rahom jiehdu l-istat taghhom u jiffurmaw il-familji taghhom. Min jista’ jizen il-gid psikologiku mwettaq mal-familji, kemm dawk f’relazzjoni stabbli u kemm ma’ dawk li kienu u ghadhom ghaddejjin minn mumenti difficli. Min jista’ jaghti prezz lill-kliem kollu mhabba u kompassjoni li l-Arcipriet Mercieca  qasam mal-morda, mal-anzjani u ma’ dawk li matul tant snin fettxew il-pariri ghaqlin tieghu. Xi nghidu mbaghad ghall-prietki tieghu min fuq l-ambone, il-hsibijiet profondi u attwali li jixhdu l-intelligenza ta’ dan il-bniedem kbir, imwassla fi kliem semplici li jiftiehem. Dan il-gid flimkien ma’ gid iehor, li l-mohh taghna l-anqas biss jikkoncepi, jafu biss Alla l-imbierek u li tieghu mhux biss ghad jipremjah fil-hajja li gejja izda ga minn din il-hajja stess Alla ppremjah billi sawwab fuqu barkiet bla ghadd,  li ghenuh imexxu lir-rahal tax-Xewkija ghal 43 sena shah.

L-ghaqdiet tar-rahal, kemm dawk religjuzi kif ukoll dawk socjo-kulturali raw mill-Arcipriet Mercieca sostenn u appogg kontinwu.  L-Oqsma tal-Museum tas-Subien u tal-Bniet, l-Azzjoni Kattolika,  l-Legion of Mary u l-Grupp Zghazagh tac-Centru  kienu l-mimmi t’ghajnejh, dejjem isus wara t-tfal u z-zghazagh u l-adoloxxenti biex ma jitraskurawx it-taghlim u jattendu f’wahda minn dawn l-ghaqdiet.

L-Arcipriet Mercieca kien ihobb ukoll  hafna l-liturgija u ghamel dak kollu possibli biex isebbahha. Il-Kor Vox Clamantis, li huwa stess xettel fl-ewwel jiem tat-tmexxija tieghu jixhed dan. Lill-Kor tal-Parrocca, l-Arcipriet habbu, sostnih  u dejjem ra li t-talenti fi hdanu ma jigu qatt nieqsa biex illum, 43 sena wara, dan il-kor ghadu attiv u integrat haga wahda mal-funzjonijiet principali ta’ matul is-sena. 

Il-Banda Prekursur ukoll kienet ghal qalb hafna tal-Arcipriet Mercieca. Meta l-hin ippermettielu kont tarah, l-aktar kif tkun riesqa l-festa ta’ San Gwann, jattendi ghall-kuncerti, jinteressa ruhu fit-taghlim tal-aljievi u jwassal kelma ta’ kuragg meta l-affarijiet ma jkunux sejrin kif pjanati. It-tim tal-futball tar-rahal kien ukoll jinteressa lill-Arcipriet Mercieca, jifrah bir-rizultati posittivi, jitnikket fid-dizappunti imma dejjem bi tbissima fuq wiccu, b’xi cajta adatta biex inaqqas mit-tensjoni u iwassal messagg pozittiv.  Fir-Radju Prekursur kien jara l-lehen ta’ Gwanni, il-pulptu l-modern  li jwassal il-messagg religjuz ‘il boghod, fost dawk emarginati,  il-morda u min idur bihom u l-emigranti imxerrda mad-dinja kollha.

L-imhabba li kellu ghal palk kienet tidher fuq wiccu meta jzur lill-atturi waqt li jkunu qed jipreparaw ghal xi raprezentazzjoni. L-Ghaqda Drammatika, li huwa stess waqqaf fl-1972,  baqa’ jsegwiha sal-ahhar granet li dam bhala Arcipriet u ma tilef qatt opportunita li jiltaqa mal-atturi waqt xi serata li kienu jorganizzaw. Ghall-Ghaqda tal-Armar l-Arcipriet Mercieca kellu apprezzament kbir u kien jara din l-attivita bhala l-post  fejn iz-zghazagh, barra li jitharrgu u jesprimu t-talenti taghhom, ikunu f’ambjent san, il-boghod mit-tentazzjonijiet u l-vizzji li l-hajja taf tigbdek lejhom.

Fi ftit kliem l-Arcipriet  Mercieca kien jaf japprezza, kien jaghti l-appogg tieghu u jgholli l-moral fejn mehtieg u dan wasslu biex irnexxielu jidhol fil-fond ta’ tant qlub Xewkin ghax hu kien l-arcipriet tan-nies, ta’ man-nies u ghan-nies.

Ta’ min jirrikonoxxi wkoll u japprezza l-fatt li fit-43 sena ta’ tmexxija tal-Arcipriet Mercieca, hdax minn ulied dan ir-rahal kienu ordnati sacerdoti. Dan ma kienx rizultat ta’ kumbinazzjonijiet izda ghaliex, il-qalba tal-pastorali tal-Arcipriet Mercieca kienet tikkonsisti fil-kura tal-erwieh, f’hidma kontinwa ta’ evangelizzazzjoni, inizzjattivi pastorali aggornati, celebrazzjonijiet sagramentali u liturgici hajjin, valutazzjoni attiva fis-sehem tal-lajci u  fir-rwol determinanti tal-ghaqdiet. 

Lill-Arcipriet emeritu Mons. Carmelo Mercieca nixtiqulu aktar successi fil-karigi li se jkun jokkupa fis-snin li gejjin, inweghduh it-talb taghna u bid-dmugh f’ghajnejna u b’qalbna maqsuma nawgurawlu

Ad Multos Annos.

M’ghandux ilsien ir-rahal biex jghid grazzi, 
ghal dak illi mort taghmel int ghalih, 
u izjed m’ghandux kliem il-poplu Xewki,
ghas-snin li ddedikajt sabiex tmexxih.

Mario Borg

Awwissu 2015

Referenzi

Borg, S. (1978)  Ix-Xewkija Fi Grajjiet il-Kappillani u L-Arciprieti Taghha: Progress Press Malta.

Borg, S.  Mercieca, B.  Calleja, N.  Zammit Haber, F.  Xuereb, J. (1973)   Ix-Xewkija Tul iz-Zminijiet: Orphans Press  Ghajnsielem Gozo.

Revista “Gourgion”  (Frar 1973 – Gunju 2015)


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 30, 2015 at 02:22 PM )
<Previous   Next>
Friday, 29 th March 2024
07:49 
A+ | A- | Reset