Home arrow Poeziji arrow Tifhir lil San Gwann Battista
Tifhir lil San Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 4
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 08, 2008 at 09:07 AM

Poezija ta' Dun Anton Xuereb - miktuba fl-24 ta' Gunju 1962
 3333333333333
Le m'ghandix x'nambi l-ghorrief ta' did-dinja,
Sabiex jghiduli l-Battista min Hu;
jiena naf min Huwa, u dan nafu sewwa
il-ghaliex qalu l-Iben t'Alla, Gesu'.

Sabiex lin-nies juri min hu Govanni,
u kemm fil-qdusija huwa qaddis kbir;
lil dawk li hdejh darba kienu migbura,
Gesu dal-kliem qalhom ta' l-oghla tifhir.

"Mhux qasba Govanni" Gesu qal lill-gemgha,
"Li tidher tixxejjer w iddur ma' kull rih;
l-anqas m'hu bniedem li jghix fil-palazzi,
ipaxxi lil gismu u jilbes sabih.

Imma huwa dak l-anglu maghzul mis-sema
sabiex iwitti t-triq il-Messija,
bit-talb, bil-priedki u bil-penitenza,
kif kien fuqu mhabbar minn Malakija.

Ghalhekk il-Battista", kompla jghid Kristu,
"M'huwiex biss profeta, imm' aktar ukoll.
Ghax minn dawk kollha, li twieldu minn nisa
hadd minnu ma qam akbar fosthom ilkoll".

Zgur l-ebda bniedem ma kellu ix-xorti,
li jkun hekk imfahhar mis-salvatur:
u b'hekk mar jurina kemm kien ihobbu,
u ghaliex ghazel lilu Prekursur.

Nifirhu mela, fil-jum ta' twelidu,
ahna wlied tieghu, in-nies tax-Xewkija,
nitolbuh jghinnha ha nfittxu nibnulu
il-knisja l-gdida bil-bosta msemmija.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 16, 2008 at 11:24 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
11:31 
A+ | A- | Reset