Home arrow Poeziji arrow F'Jum il-Pussess ta' Dun Daniel Xerri bhala Arc. tax-Xewkija
F'Jum il-Pussess ta' Dun Daniel Xerri bhala Arc. tax-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Nov 21, 2015 at 05:25 AM

Il-bronz ikkonsagrat minn qabel zernaq,
ga b’lehnu qieghed juri kemm hu hieni.
It-tokki mill-kampnar nizlu fit-toroq,
u zaru taghna d-djar minn hafna kmieni.

Iz-ziffa helwa ‘l-bnadar qeghda tmelles,
li telghu fuq il-bjut ihabbru grajja,
li bosta minn l-ulied ta’ dan ir-rahal,
kien ghadhom m’ghexu qatt  bhalha f’dil-hajja.

U telghet fietla x-xemx l-inhawi ssahhan,
hekk kif tal-hlejjaq l-ewwel hoss instema’.
Siket ir-rih, ma jmurx il-festa jxekkel,
u ghab is-shab li kien mal-lejl ingema’.

L-ucuh tan-nies qed jixhdu ferh gewwieni,
li mqar il-fomm ma jafx jaghtih tifsira.
Bhal merhla li tistenna lir-raghaj taghha,
sabiex tmur lilu taghti merhba kbira.

Stennietu wkoll dal-waqt taghna r-Rotunda,
ghaliex minn meta hija giet mibnija,
‘il gewwa mill-hitan illi jdawruha,
ta’ Arcipriet pussess qatt ma sehh fiha.

Li kieku kellu fomm il-gebel taghha,
illum kien jinseg ghanja wisq ferrieha.
Il-koppla jien nisthajjel illum xtaqet,
tinfatam mill-kolonni u ttir shiha.

U tbattlu d-djar u n-nies bi hgarha ngabret,
imlew tal-misrah sewwa l-erba’ rkejjen,
it-triq fuq zewg nahat sat-tarf tar-rahal.
Fejn thares kullimkien ghall-festa mzejjen.

Il-hsejjes tal-murtali dwew fil-gholi.
Il-banda nisget l-isbah melodija.
U mieghek dar il-poplu jaghtik merhba,
b’haddejh it-tnejn bi dmugh ta’ ferh miksija.

Sahhritna it-tbissima helwa tieghek,
li Alla mar lil wiccek zejjen biha.
hassejna ddub f’sidirna il-qalb taghna,
u kixef ic-capcip x’hemm mistur fiha.

U ferah maghna gwanni il-Battista,
kif rak tixref mill-bieb u ‘l Kristu ssellem.
“Dan hu dak li lejn Kristu iressaqkom,”
nisthajjel kien jghidilna kieku tkellem.

 ha jibqa’ dan il-kliem minqux go qalbna,
ha jibqa’ dan il-kliem jidwi f’widnejna.
Int minna tkun mahbub ghal kemm snin jghaddu,
kif lil min qablek gie dejjem habbejna.

Mario Borg
8 ta’ Novembru 2015


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
09:43 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org