Home arrow Poeziji arrow Hekk Sehh is-Sewwa Kollu
Hekk Sehh is-Sewwa Kollu PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Apr 26, 2016 at 12:47 PM
 1
Ghaddieli hsieb minn mohhi,
provajt drabi nkeccih,
‘mma kif jisbah filghodu,
mill-gdid nerga’ nqum bih.

Li kieku il-Battista,
fuq l-art ghex aktar zmien;
Mill-habs Erodi helsu,
ghax jibza’ minnu kien.

Fejn kien ikun, kif Kristu
ghall-mewt hati misjub?
Kif gie b’salib tqil mghobbi,
biex fuqu jkun mislub?

Qed nara ‘l Gwanni jwiezen
il-ghuda, minflok Xmun.
Fil-hsieb wisq fqajjar tieghi,
x’aktarx hemm kien ikun.

Kif jaslu fuq il-gholja,
fuq Kristu, Gwanni jdur,
jitolbu b’herqa kbira,
biex jiehu postu jmur.

U Kristu jerga jtenni,
il-kliem gewwa l-Gurdan:
" Ismaghni ghaziz Gwanni,
hu xieraq li jsir dan,

u  jsehh is-sewwa kollu,
kif  fl-Eden gie miktub;
Fuq l-ghuda, Bin il-Bniedem
jehtieg li jkun mislub."

Mario Borg
30 ta’ Marzu  2016 



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 01, 2016 at 08:41 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
05:13 
A+ | A- | Reset