Home arrow Poeziji arrow Lil Gwanni, Ghax Inhobbu?
Lil Gwanni, Ghax Inhobbu? PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 01, 2016 at 08:53 AM
 3
Jien lil Gwanni, ghax inhobbu?
Ghax twelidt fir-rahal tieghu?
Jew ghax jiena minn ckuniti,
trabbejt taht id-dell ta’ drieghu?

Jien lil Gwanni, ghax inhobbu?
Ghax kif zghir lilu gejt muri?
Ghax mis-sbieh sa tard flghaxija,
tambru fuqu l-genituri?

Jien lil Gwanni, ghax inhobbu?
Ghaliex tieghu ghandna xbieha,
illi f’Gunju ta’ kull sena,
nghaddu nduru t-toroq biha?

Jien lil Gwanni ghandi nhobbu,
ghax ta’ Kristu hu l-habib,
u jekk nimxi fuq taghlimu,
f’hajti ‘l Kristu jien insib.

Mario Borg
4 ta’ Mejju 2016
 



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 01, 2016 at 08:54 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
08:38 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org