Home arrow Poeziji arrow Jum Twelidek
Jum Twelidek PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 20, 2016 at 12:57 PM
 6
Dan il-jum, il-holqien kollu
ta’ kull sena jistennih.
Hadd bhal donnu ma jithajjar
jidhol f'daru biex jistrieh.

Tjur sat-tard ghadhom jittajru,
bhejjem jirghu fil-widien,
fl-ibhra jghum hut ta’ kull xorta,
mimli hajja kullimkien.

Anke x-xemx qieghda titlajja,
ma tridx tinzel mis-smewwiet.
Tghid lil min tixtieq issellem,
qabel tghib wara l-gholjiet?

Trid issellem lill-Battista,
lill-haddejh tbus b’ragg ta’ dija,
hekk kif jixref mir-Rotunda,
f’nofs ir-rahal tax-Xewkija.

Mario Borg
25 ta’ Mejju 2016



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 26, 2016 at 02:35 AM )
<Previous   Next>
Tuesday, 11 th December 2018
08:40 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org