Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Ghaliex?
Ghaliex? PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
May 20, 2016 at 01:04 PM
7
Ghaliex fix-xahar ta’ Gunju,
f’ ta’ Gwanni it-twelid,
din qalbi gewwa sidri,
bil-ferh ittir tkun trid?

X’inhuwa dan is-seher, 
li jien ninhakem bih?
Li nista gor-Rotunda
jien nghaddi ix-xahar shih.

Din l-hena terga' zzurni
mill-gdid, wara sitt xhur,
fil-lejl li fih tweldilna,
tad-dinja s-Salvatur.
 
Dal-ferh li nhoss go fija
darbtejn, kull sena jien,
fil-Kotba Mqaddsa msemmi;
minn kmieni mhabbar kien.
 
Twelid Gwanni f’Ein Karem
bil-ferh mela kull dar,
u l-Angli l-istess habbru
kif Alla bniedem sar.
 
Ghalhekk b’dal-ferh nitqanqal
fiz-zewg Milidijiet,
ghax mhux mill-art imnissel,
'mma moghti mis-Smewwiet.

Mario Borg
1 ta’ Gunju 2016
 



User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 02, 2016 at 03:23 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
06:48 
A+ | A- | Reset