Home arrow Poeziji arrow Min Jaf?
Min Jaf? PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 30, 2016 at 06:15 AM

Illum qalbi go sidri
tinqasam trid f’elf bicca.
Illum se jhaddnuk lura
mill-gdid hitan in-nicca.

Illum qalbi go sidri
titnieghed fl-akbar karba.
Min jaf jekk din il-festa
ghixthiex ghall-ahhar darba?

Min jaf x’hemm jistennieni
fil-jiem, xhur li gejjin?
Min jaf jekk sena ohra
inkunx ghad mal-hajjin?

Min jaf kemm Alla jiemi
fuq l-art sejjer izid?
Min jaf is-sena d-diehla
narakx tixref mill-gdid?

Mario Borg
30 ta’ Gunju 2016
(Poezija fl-okkazjoni tad-dhul lura ta’ San Gwann fin-nicca)


User Comments
Please login or register to add comments

Next>
Tuesday, 11 th December 2018
08:59 
A+ | A- | Reset
Xewkija Parish
XewkijaParish.org