Home arrow Poeziji arrow KRISTU W GWANNI.
KRISTU W GWANNI. PDF Print E-mail
User Rating: / 3
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 12, 2008 at 12:59 PM
 
Poezija ta' Mario Borg miktuba fl-1 ta’ Gunju 1998
 christ and st john
Hekk kif harsti fuqek nixhet
O Giovanni Prekursur
Il-fuq hsiebi dlonk jittajjar
Lejn Gesu’ is-salvatur

Ghax ix-xebh li hemm bejnietkom
Sa minn qabel it-tnissil
Fi twelidkom u f’hajjiitkom
Anke f’mewtkom huwa kbir.

Qabel hafna t-twelid taghkom
Imhabbrin minn kmieni sew
Il-profeti fuqkom bassru
U hidmietkom huma wrew.

L-istess anglu ntbghat fid-dinja
juri ried li z-zmien kien qrib
lil Marija ‘l Zakkarija
Gabriel mar dlonk isib.

Dak twelidkom minn qatt jifhmu
Misterjuz daqsu imkien
Vergni w xebba omm l Emmanuel
Gwanni f’guf mghobbi biz-zmien.

Kbirtu t-tnejn minn nies mohbija
Tletin sena tithejjew
Ghall-missjoni fdata lilkom
Biex bl-Ispirtu sew timtlew.

Ma xulxin tfixklukom nieskom
Lill-Ghammied hasbuh Feddej
Izda Gwanni jmur jghidilhom
“Il-Mistenni ghadu gej”.

Anke wara l-mewt ta’ Gwanni
baqghu jibzghu il-kbarat
kif naqraw fil-Kotba Mqaddsa
qatt ma waqfu ix-xnighat,

ghax lil Kristu hasbuh Gwanni
lura mqajjem mill-imwiet
u dwar dan tfixxklu bejniethom
kbir ghalihom kien l-inkwiet.

Tmiem hajjitkom f’din id-dinja
kien ukoll bhal ta’ xulxin
sfajtu vittma tal-bezziegha
kif naraw flimkien sejrin.

Kemm Erodi, kif Pilatu
hadd ma ried tmiemkom igib
ghax hadd minnhom xejn ma seta’
hazin fikom huwa jsib.

Kif insibu fil-Vangelu
kien fil-habs Erodi jmur
biex kliem Gwanni huwa jisma
lilu kien ta’ spiss izur.

Izda jibza kien Erodi
li minn kelmtu jerga jdur
kien ghalhekk li kontra qalbu
jordna l-mewt ta’ Gwanni jmur.

Dghajjef kien ukoll Pilatu
lilu x’hin b’Ruma heddew
mil-kaz huwa hasel idu
u ‘l Gesu’ b’salib ghabbew.

Mhux ta’ b’xejn ghalhekk allura
post fil-genna Kristu’ jmur
jerfa lilek qribu sewwa
biex ma genbu tkun int zgur.

Spirtu s-Santu sawwab fuqna
ta’ da’ tnejn il-virtujiet
biex kif ghad minn hawn nissejhu
maghhom naghmru fis-smewwiet.

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jul 08, 2008 at 10:47 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
21:23 
A+ | A- | Reset