Home arrow Poeziji arrow Tifkira tal-50 sena mit-Tqeghid tal-Ewwel Gebla tal-Knisja Rotunda
Tifkira tal-50 sena mit-Tqeghid tal-Ewwel Gebla tal-Knisja Rotunda PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 12, 2008 at 06:39 PM

 

(Tifkira tal-50 sena mit-Tqeghid ta’ l-Ewwel Gebla)
1952-2002
Poezija ta' Mario Borg miktuba fid--9 ta’ Marzu 2002

 the Rotunda

Arcipriet kien Dun Pietru Pawl Ciantar
Meta barren il-hsieb fix-xewkin
Li tinbena knisj’ ohra ferm akbar
Kien ser jibda is-seklu ghoxrin.

Hass il-poplu li l-knisja li kellu
Saret zghira ghal numru hekk kbir
Illi jlahhaq il-fuq minn tlett elef
U xi haga malajr kellu jsir.

U intalab permess biex tittella
Knisja akbar kif jitlob iz-zmien
Izda kienet it-talba michuda
Beda biss it-tkabbir bla dewmien

tal-korsija tal-knisja l-qadima
u inbniet faccat’ ohra mill-gdid
ftit il-barra minn kif kienet qabel
izda l-poplu mhux dan kien irid

l-Arcipriet Dun Anton Aquilina
stinka wkoll, izda sab tfixkil kbir
kien bhan-nies tax-Xewkija tal-fehma
li fl-antika ftit jiswa t-tkabbir.

Reget saret talb’ ohra snin wara
Kien Dun Anton Grim’ Arcipriet
Ghax inhass li il-poplu mhux moqdi
F’dak li jixraq tar-ruh htigijiet.

Izda kellu mill-gdid dan il-poplu
Jikkuntenta li jkabbar fil-gnub
U inbnew in-navati fl-antika
Ghalkemm kontra ta’ hafna mill-qlub.

Kompla ghaddej ftit zmien iehor u reget
Saret zghira, ta xejn it-tkabbir
Kien deciz issa l-poplu li qorob
Li jintlahaq ta’mohhu it-tir.

Ferhet kollha kemm hi ix-Xewkija
Bl-arcipriet, Dun Guzepp Grech il-gdid
Ghaliex qalbu daqs taghhom bdiet theggeg
Monument, tempju gdid kien irid.

U l-permessu ghall-bini inqalghu
U inghelbu l-problemi il-kbar
ix-xewkin kull ma kellhom offrewlu
ghalkemm bosta minn dawn kienu fqar.

Kellna erbgha mix-xhar tal-Madonna
Sentejn fuq nofs is-seklu ghoxrin
Tqieghdet  l-ewwel fost kollha il-gebel
Tar-Rotunda, b’tant ferh fix-xewkin.

U ix-xoghol baqa miexi bla waqaf
Bit-thabbrik ta’ kulhadd, bla serhan
F’ghoxrin sena il-knisja ittellghet
Kien tassew issa l-poplu.

Kien korrett l-arcipriet meta bassar
“nisfa vittma” kien qal huwa stess
“ghar-Rotunda inhalli jien hajti”
wassal dan ta’ Mercieca l-pussess.

U Dun Karm kompla dlonk ma’ ta’ qablu
Hatt minn gewwa it-tempju l-qadim
Damm u ghaqqad mill-gdid l-iskultura
F’tempju izghar kif kien il-ftehim.

Dehret kbira r-Rotunda u tghaxxqek
Bidet titlibbes, tissebbah kuljum
Saret thares kemm thares int lejha
Qatt ma tixba, iddum kemm iddum.

U illum qed ingawdu l-bzulija
ta’ qabilna, li wrew tul is-snin
qed infakkru nofs seklu minn meta
l-ewwel gebla tpoggiet mix-xewkin

ta’ dal-maqdes li nben’ ghal Gwanni
l-akbar wiehed minn kemm qaddisin
ghax il-kbir, kobor biss lilu jixraq
ghalhekk bnejna Rotunda daqs din.

Mela jixraq dis-sena li nfakkru
B’ittri kbar u tad-deheb kullimkien
Tar-Rotunda il-bidu tal-bini
Illi daqsha fil-gzira imkien

Viva r-Rotunda-Viva San Gwann Battista.

 

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Feb 11, 2011 at 01:21 PM )
<Previous   Next>
Wednesday, 24 th April 2024
06:01 
A+ | A- | Reset