Home arrow Poeziji arrow ELFEJN SENA MIT-TWELID TA’ SAN GWANN IL-BATTISTA
ELFEJN SENA MIT-TWELID TA’ SAN GWANN IL-BATTISTA PDF Print E-mail
User Rating: / 2
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 12, 2008 at 06:41 PM
Poezija ta' Mario Borg miktuba fil-25 ta’April 2000
 IMG_9839(1)
Bhal-lum sewwa, elfejn sena ilu
Ha f’idejh Zakkarija l-qassis
Lit-tarbija imhabbra mill-anglu
Meta kien gewwa t-Tempju Qaddis

Minn qatt jista il-ferh t’ommu jfisser
Hekk kif ghannqet lil Gwanni tarbija
U newwlitu l-Marija qaribtha
Biex f’hogorha imiss lill-Messija

Ghidilna O Gwanni int x’ghidtlu
Lil Kristu hemm mohbi fil-guf
Lil dak illi inti gejt thabbar
U turih bhala t’Alla l-Haruf?

Kien ghaliH li twelidt, gejt fid-dinja
Tieghu riedek li tkun messaggier
Sa mill-bidu flimkien ma’ Marija
Kontu t-tlieta fil-hsieb tal-Missier.

U nisthajjel lis-sema iccartet
Dak in-nhar, biex jarakhom flimkien
Dak li fassal il-pjan sa mill-bidu
Meta kien ghadu bidu il-holqien

Kbir tassew kien il-ferh gewwa’ Ghajn Karim
Hafna akbar kien dak fis-smewwiet
Ghat-twelid tal-habbar tal-Messija
Qorbu kienu l-imwieghda grajjiet.

“Indmu, tbiddlu u hejju irwiehkom”
Kien kliem Gwanni ta’ spiss kull fejn kien
“Ifthu qalbkom ghal Alla w iccahhdu
Ghaliex qorob tassew issa z-zmien”.

Kompli lilna kuljum Gwanni widdeb
Lilna l-poplu tas-sena ekfejn
Hasra tkun ‘kk ma naghtukx ahna widen
Ma’ tkun tiswa il-festa ghalxejn.


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Saturday, 20 th April 2024
09:19 
A+ | A- | Reset