Home arrow News arrow News arrow Lejliet il-Milied 2016 fix-Xewkija
Lejliet il-Milied 2016 fix-Xewkija PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Dec 26, 2016 at 05:05 PM

      Nhar is-Sibt, 24 ta' Dicembru, lejlet il-Milied bhal kull sena saret il-Purcissjoni tal-Bambin organizzata mis-Socjeta tal-Museum bis-sehem tal-Banda Prekursur. Ta' min isemmi li din is-sena, kien jahbat il-50 sena minn meta l-Banda Prekursur bdiet takkumpanja l-purcissjoni tal-Bambin bid-daqq ta' ghanjiet tal-Milied.  Il-Banda Prekursur kienet l-ewwel banda Ghawdxija li bdiet iddoqq waqt il-purcissjonijiet tradizzjonali tal-Bambin li jsiru f'bosta rhula fi gziritna.

      Wara li intemmet il-purcissjoni, fil-Knisja Rotunda gie mtella' programm qasir bis-sehem tal-oqsma tas-Subien u tal-Bniet, li ghalih kien hemm attendenza sabiha hafna.  It-tfal tal-Museum tal-Bniet wasslulna diversi ghanjiet tal-Milied, filwaqt li Francesco Xuereb waslilna poezija sabiha.  Din is-sena t-tfal u l-istudenti li jattendu l-Museum tas-Subien waslulna l-play bl-isem 'Il-Kewkba tal-Milied', kitba ta' Paul Grech.  Il-priedka tradizzjonali tat-tifel din is-sena saret minn Simon Rapa.  Il-programm fil-Knisja ntemm b'messagg mis-Superjur Toni Grima u mill-Arcipriet tal-Parrocca taghna, Mons. Daniel Xerri. 

 

 DSC_2898-1024

 


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
16:59 
A+ | A- | Reset