Ilni snin, mohhi dejjem iberren, U mhux siegha jew tnejn tlift mistrieh, Imma naqset il-hila kull darba, U il-hegga iddghajfet qatigh. Xtaqt minn dejjem li nikteb xi versi, Dwar il-banda, tar-rahal li nghozz Izda kitbu mhux wiehed, tnejn fuqha U ghalhekk zammejt fija li nhoss. U is-snin jghaddu jgerrbu bil-heffa, Ma jafux jieqfu ftit jistennew, Qisu l-bierah li bdejna l-millenju, Erba’ snin qishom holma ghaddew. Kienet propju dis-sena li bdejna Li mill-gdid gewwa fija hassejt, Li mhux-xieraq li tghaddi w jien nibqa, Ma nurix mistur f’qalbi xi hbejt. U nixtieq illi int li qed taqra, Tigi mieghi w immorru fiz-zmien Lura hamsa w sebghin sena ilu, Niflu ftit dak li gara flimkien. Kull ma jara il-bniedem madwaru, Allavolja illum, kbir, sabih, Dejjem beda minn hsieb, holma, xewqa, Li l-awtur sawwar fond gewwa fih. Kellu holma bhal din Wenzu Cauchi, U xtaq jara li ssehh bla dewmien, Li x-xewkin banda taghhom ikollhom, Bla ma jghaddi w jintilef wisq zmien. Theggeg daqsu s-surmast Borg Indrija, Hafn’ ohrajn meddu ghonqhom ghax-xoghol, Tlaqqa wkoll kumitat, post inkera, Habel wiehed bdew jigbdu ilkoll. Bdew jinxtraw l-instumenti ghall-banda, Ix-xewkin taw minn jeddhom il-flus, Is-surmast beda jghallem l-alljievi U jharrighom, warajhom isus. Dik ix-xrara tal-bidu bdiet taqbad, Saret fjamma, huggiega ta nar, Iz-zerriegha bdiet tifrex gheruqha, Biex jum ghad, issir sigra mill-kbar.
U il-banda nghatat isem xieraq, “PREKURSUR” ghal San Gwann il-patrun, bhal sigill ta’ imhabba dejjiema, biex igorru kull fejn hija tkun. Fi ftit xhur sar progress li ma bhalu, U il-banda ghaddiet il-quddiem, Daqqet l-ewwel kif jixraq fir-rahal, Giet mistiedna imbaghad kullimkien. Ferhet kollha kemm hi ix-Xewkija l-ewwel rahal li nqata’ ghalih kellu wkoll issa tieghu il-banda, biex lil Gwanni taghtih l-ghola gieh. U ghaddew ghaxar snin minn dan kollu, U fuq Ghawdex inhass li mhux boghod, It-theddida ta’ l-ghadu nazista, Li halliet lill-Ewropa tirtghod. Kellh’ ghalhekk kontra qalbha il-banda, Tbaxxi rasha, timmuta fis-skiet, Kien zmien ikrah li harbat id-dinja, Biki, dieqa, firdiet u imwiet. Hadd ma basar li ghad tisbah ghodwa, Li tinghaqad il-banda mill-gdid, Tnikket hafna ir-rahal u beka’ U tinafas il-qalb bla ma trid. U is-snin baqghu dejjem igerrbu, Sittax b’kollox, bla noti helwin, Izda fost dan ic-cpar fegg inemnem, Bhal xaqq dawl minn habbrieka xewkin. L-ewlenin l-ahwa Wenzu u Toni, Zakkarija, Ganninu stinkaw, Ma’ Farrugia il-patri u Curmi, l-ahwa Vella sehem kbir ukoll taw. Kienu kollha ta fehma qawwija, Illi wasal fir-rahal iz-zmien, Li mill-gdid fuq saqajjha il-banda, Terga tqum, biex ma tafx b’aktar tmiem. Kien il-elf disa’ mija u fuqhom, Zid hamsin u zid maghhom sitt snin, Meta l-banda mill-gdid bdiet itterraq, Fost il-ferh ta’ uliedha x-xewkin. Daqqet f’Ghawdex, f’kull rokna tal-gzira, Gewwa Malta f’diversi grajjiet, Sahansitra il-barra minn xtutna, Semmghet taghha fost l-isbah ghanjiet. Ghaddew b’kollox tlett kwarti ta’ seklu, Minn tal-banda l-antiki grajjiet, U dawk kollha tal-bidu hallewna, Qed igawdu tal-hena s-smewwiet, Nisthajjilhom ma’ Gwanni migbura, Bl-istandard li jgib ismu quddiem, Qed idoqqu il-kbir innu tieghu, U jitkanta mill-angli il-kliem. U sakemm ahna maghhom ninghaqdu, Nimxu dejjem mal-banda fejn tmur, U nghozzuh da’ t-tezor li hallewlna, Wirt li lilna jghamlilna unur. VIVA L-BANDA PREKURSUR. |