Home arrow Poeziji arrow IL-BANDA PREKURSUR-75 sena Maghna (1929-2004)
IL-BANDA PREKURSUR-75 sena Maghna (1929-2004) PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 13, 2008 at 10:48 AM
Poezija ta'Mario Borg miktuba fl-14 ta' Frar 2004
 banda
Ilni snin, mohhi dejjem iberren,
U mhux siegha jew tnejn tlift mistrieh,
Imma  naqset il-hila kull darba,
U il-hegga iddghajfet qatigh.

Xtaqt minn dejjem li nikteb xi versi,
Dwar il-banda, tar-rahal li nghozz
Izda kitbu mhux wiehed, tnejn fuqha
U ghalhekk zammejt fija li nhoss.

U is-snin jghaddu jgerrbu bil-heffa,
Ma jafux jieqfu ftit jistennew,
Qisu l-bierah li bdejna l-millenju,
Erba’ snin qishom holma ghaddew.

Kienet propju dis-sena li bdejna
Li mill-gdid gewwa fija hassejt,
Li mhux-xieraq li tghaddi w jien nibqa,
Ma nurix mistur f’qalbi xi hbejt.

U nixtieq illi int li qed taqra,
Tigi mieghi w immorru fiz-zmien
Lura hamsa w sebghin sena ilu,
Niflu ftit dak li gara flimkien.

Kull ma jara il-bniedem madwaru,
Allavolja illum, kbir, sabih,
Dejjem beda minn hsieb, holma, xewqa,
Li l-awtur sawwar fond gewwa fih.

Kellu holma bhal din Wenzu Cauchi,
U xtaq jara li ssehh bla dewmien,
Li x-xewkin banda taghhom ikollhom,
Bla ma jghaddi w jintilef wisq zmien.

Theggeg daqsu s-surmast Borg Indrija,
Hafn’ ohrajn meddu ghonqhom ghax-xoghol,
Tlaqqa wkoll kumitat, post inkera,
Habel wiehed bdew jigbdu ilkoll.

Bdew jinxtraw l-instumenti ghall-banda,
Ix-xewkin taw minn jeddhom il-flus,
Is-surmast beda jghallem l-alljievi
U jharrighom, warajhom isus.


Dik ix-xrara tal-bidu bdiet taqbad,
Saret fjamma, huggiega ta nar,
Iz-zerriegha bdiet tifrex gheruqha,
Biex jum ghad,  issir sigra mill-kbar.

U il-banda nghatat isem xieraq,
“PREKURSUR”  ghal San Gwann il-patrun,
bhal sigill ta’  imhabba dejjiema,
biex igorru kull fejn hija tkun.

Fi ftit xhur sar progress li ma bhalu,
U il-banda ghaddiet il-quddiem,
Daqqet l-ewwel kif jixraq fir-rahal,
Giet mistiedna imbaghad  kullimkien.

Ferhet kollha kemm hi ix-Xewkija
l-ewwel rahal li nqata’ ghalih
kellu wkoll issa tieghu il-banda,
biex lil Gwanni taghtih l-ghola gieh.

U ghaddew ghaxar snin minn dan kollu,
U fuq Ghawdex inhass li mhux boghod,
It-theddida ta’ l-ghadu nazista,
Li halliet lill-Ewropa tirtghod.

Kellh’ ghalhekk kontra qalbha il-banda,
Tbaxxi rasha, timmuta fis-skiet,
Kien zmien ikrah li harbat id-dinja,
Biki, dieqa, firdiet u imwiet.

Hadd ma basar li ghad tisbah ghodwa,
Li tinghaqad il-banda mill-gdid,
Tnikket hafna ir-rahal u beka’
U tinafas il-qalb bla ma trid.

U is-snin baqghu dejjem igerrbu,
Sittax b’kollox, bla noti helwin,
Izda fost dan ic-cpar fegg inemnem,
Bhal xaqq dawl minn habbrieka xewkin.

L-ewlenin l-ahwa Wenzu u Toni,
Zakkarija, Ganninu stinkaw,
Ma’ Farrugia il-patri u Curmi,
l-ahwa Vella sehem kbir ukoll taw.

Kienu kollha ta fehma qawwija,
Illi wasal fir-rahal iz-zmien,
Li mill-gdid fuq saqajjha il-banda,
Terga tqum, biex ma tafx b’aktar tmiem.

Kien il-elf disa’ mija u fuqhom,
Zid hamsin u zid maghhom sitt snin,
Meta l-banda mill-gdid bdiet itterraq,
Fost il-ferh ta’ uliedha x-xewkin.

Daqqet f’Ghawdex, f’kull rokna tal-gzira,
Gewwa Malta f’diversi grajjiet,
Sahansitra il-barra minn xtutna,
Semmghet taghha fost l-isbah ghanjiet.

Ghaddew b’kollox tlett kwarti ta’ seklu,
Minn tal-banda l-antiki grajjiet,
U dawk kollha tal-bidu hallewna,
Qed igawdu tal-hena s-smewwiet,

Nisthajjilhom ma’ Gwanni migbura,
Bl-istandard li jgib ismu quddiem,
Qed idoqqu il-kbir innu tieghu,
U jitkanta mill-angli il-kliem.

U sakemm ahna maghhom ninghaqdu,
Nimxu dejjem mal-banda fejn tmur,
U nghozzuh da’ t-tezor li hallewlna,
Wirt li lilna jghamlilna unur.

VIVA L-BANDA PREKURSUR.


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 13, 2008 at 11:05 AM )
<Previous   Next>
Friday, 26 th April 2024
18:42 
A+ | A- | Reset