Home arrow News arrow News arrow Radju Prekursur jaghlaq ghoxrin sena
Radju Prekursur jaghlaq ghoxrin sena PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jun 15, 2017 at 09:32 PM

    Nhar it-Tlieta, 13 ta' Gunju fil-5.30pm l-Arcipriet Mons. Daniel Xerri mexxa quddiesa ta' Radd il-Hajr fl-okkazjoni tal-20 anniversarju minn meta Radju Prekursur beda jxandar.  Kien proprju fit-13 ta' Gunju 1997 li Radju Prekursur xandar ghall-ewwel darba mis-sala ta' fuq is-Sagristija fil-Knisja Rotunda.  Ghal din il-quddiesa attendew diversi persuni li qed joffru s-servizz volontarju taghhom biex Radju Prekursur ikun jista' jwassal il-programmi tieghu lis-semmiegha tieghu.  Fil-kelmtejn li ghamel l-Arcipriet tkellem dwar l-importanza tas-servizz li joffri Radju Prekursur specjalment lill-morda u l-anzjani li ma jistghux johorgu minn djarhom.  Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li matul dawn l-ghoxrin sena offrew sieghat twal ta' hidma b'mod volontarju, huwa appella wkoll biex aktar persuni joffru s-servizz volontarju taghhom biex Radju Prekursur ikun jista' jkompli joffri s-servizz tieghu lis-semmiegha tieghu.  Waqt il-quddiesa tqasmet ukoll tifkira tal-okkazjoni lil dawk kollha prezenti.

DSC_1631-1024

 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 15, 2017 at 09:33 PM )
<Previous   Next>
Tuesday, 19 th March 2024
08:15 
A+ | A- | Reset