Ain Karim tifrah li tatek it-twelid tieghek qaddis, il-maghzul ta' Kristu sidna, ta'taghlimu kont intiz. Dawk li tawk tad-dinja l-hajja kienu mdahhla t-tnejn fiz-zmien, Zakkarija kemm Zabetta, sehh talbithom waqt it-tmiem. Gwanni mqaddes ghadda l-hajja go dezert fit-talb u skiet, penitenza iebsa mwettqa, deher ghad-dinja qisu miet. Alla ghazlu kollu tieghu Biex ikun il-Prekursur, Ta Gesu' il-bniedem Alla, Qawwi f'kelmtu moghla sur. Ghadda jghammed kollu hegga xandar kelmet il-Mulej, Habbar bl-ikbar hrara kbira, li warajh Gesu' kien gej. Bl-umilta, bis-safa mzejjen ghax f'guf ommu mqaddes kien, ghammed lil Gesu l-Messija, ghalih riesaq kien it-tmiem. Ma bezax iwissi, jcanfar lil Erodi zieni w kiefer, xtaq Giovanni li jehilsu, minn Lucifru kiefra dwiefer. Il-qaddis Giovanni taghna gieh minn Kristu ha qatigh, kabbar ismu gewwa s-sema li bil-grazzja dlonk imlieh. |