Home arrow Poeziji arrow Poeziji arrow Lil San Gwann Battista
Lil San Gwann Battista PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 13, 2008 at 11:12 AM

Poezija ta' Dun Nikol Vella Apap

 san Gwann
Ain Karim tifrah li tatek
it-twelid tieghek qaddis,
il-maghzul ta' Kristu sidna,
ta'taghlimu kont intiz.

Dawk li tawk tad-dinja l-hajja
kienu mdahhla t-tnejn fiz-zmien,
Zakkarija kemm Zabetta,
sehh talbithom waqt it-tmiem.

Gwanni mqaddes ghadda l-hajja
go dezert fit-talb u skiet,
penitenza iebsa mwettqa,
deher ghad-dinja qisu miet.

Alla ghazlu kollu tieghu
Biex ikun il-Prekursur,
Ta Gesu' il-bniedem Alla,
Qawwi f'kelmtu moghla sur.

Ghadda jghammed kollu hegga
xandar kelmet il-Mulej,
Habbar bl-ikbar hrara kbira,
li warajh Gesu' kien gej.

Bl-umilta, bis-safa mzejjen
ghax f'guf ommu mqaddes kien,
ghammed lil Gesu l-Messija,
ghalih riesaq kien it-tmiem.

Ma bezax iwissi, jcanfar
lil Erodi zieni w kiefer,
xtaq Giovanni li jehilsu,
minn Lucifru kiefra dwiefer.

Il-qaddis Giovanni taghna
gieh minn Kristu ha qatigh,
kabbar ismu gewwa s-sema
li bil-grazzja dlonk imlieh.


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Sunday, 5 th May 2024
00:20 
A+ | A- | Reset