Home arrow News arrow News arrow Seminar dwar il-bini tal-Presepju
Seminar dwar il-bini tal-Presepju PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Nov 15, 2017 at 06:29 PM
Bi thejjija ghall-festi tal-Milied ta’ din is-sena, nhar il-Hadd 5 ta’ Novembru 2017 l-Ghaqda Milied Xewkija organizzat seminar dwar il-bini tal-presepju. Is-seminar sar fic-Centru parrokkjali u tmexxa mill-artist Paul Stellini. Grupp sabih ta’ persuni, fosthom tfal u adoloxxenti, attendew ghal dan is-seminar. Fit-8.30am il-partecipanti kienu mistiedna ghall-Quddiesa fil-knisja Rotunda u wara beda s-seminar li baqa’ sejjer sas-1.00pm. Paul Stellini tkellem dwar diversi aspetti li wiehed ghandu jzomm f’mohhu huwa u jibni presepju, fosthom il-perspettiva, il-qisien u t-tip ta’ pasturi, ecc. Huwa tkellem mid-diversi tipi ta’ jablo li jintuzaw fil-bini tal-presepju kif ukoll it-teknika taz-zebgha. Dawk prezenti setghu jaraw mill-qrib u jaghmlu l-mistoqsijiet taghhom, u wrew interess kbir f’dak li kien qed jigi spjegat lilhom.
seminar GHMX-1024
 


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 15, 2017 at 07:28 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 28 th March 2024
15:31 
A+ | A- | Reset