Home arrow News arrow News arrow Carmelo Pace jirbah l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh -2017 ''
Carmelo Pace jirbah l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh -2017 '' PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Nov 27, 2017 at 08:14 PM

Carmelo Pace inghata l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh ''Nhar is-Sibt 25 ta' Novembru 2017 waqt is-serata ta' '' Jum ix-Xewkija 2017 '' li-player tax-Xewkija Tigers Carmelo Pace inghata l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh ''.

Carmelo Pace se jaghlaq tmintax is-sena ix-xahar id-diehel, fis-17 ta’ Dicembru 2017.  Huwa tewmi ma’ ohtu, Maria u ghandu huh ikbar minnu, Yorn.  L-imhabba ghal football kienet dejjem go fih.  Carmelo jifforma parti mit-tim ta’ l-Under 18 tax-Xewkija Tigers.   Carmelo issa ilu jattendi training sessions mal-football tim ta’ l-iSpecial Olympics mill-bidu t’April 2016, minn meta infethet is-sezzjoni ta’ l-iSpecial Olympics f’ Ghawdex.  Illum il-gurnata jattendu sezzjonijiet tat-training f’Malta.  Fil-24 ta’ Gunju 2016 ha l-ewwel darba sehem fin-National Games kontra Cipru u t-tim tieghu rebah id-deheb.

Din is-sena kienet sena ta’ success ghal Carmelo hekk kif kien strumentali biex it-tim tal-Football ta’ l-iSpecial Olympics rebah id-deheb fil-“Games of Inclusion” Special Olympics Italy.  Barra milli kien l-ewwel Ghawdxi li ppartecipa fit-tim ta’ l-Ispecial Olympics Malta, Carmelo halla l-marka tieghu b’permezz tas-sitt goals li huwa skorja ghat-tim Malti.

DSC_1035-1024


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 27, 2017 at 08:27 PM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
08:35 
A+ | A- | Reset