Home arrow News arrow News arrow Mario Borg huwa r-rebbieh ta' l-unur '' Gieh ix-Xewkija -2017 ''
Mario Borg huwa r-rebbieh ta' l-unur '' Gieh ix-Xewkija -2017 '' PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Nov 27, 2017 at 08:35 PM

Mario Borg, rebbieh tal-Unur Gieh ix-Xewkija 2017, twieled fil-11 ta’ Dicembru 1967. Attenda l-iskola Primarja  tax-Xewkija u wara ghadda ghas-Seminarju Minuri. Ta’ sbatax –il sena beda l-kors ghal infermier gewwa l-Iskola tan-Nurses fi Gwardamangia. Lahaq Staff Nurse fl-1988 u sal-lum ghadu jipprattika din il-professjoni b’imhabba u dedikazzjoni kbira. Mario huwa mizzewweg lil Marthese u ghandhom tlett ulied.

 Ir-rahal tax-Xewkija hu l-ghozza ta’ Mario Borg u minn età zghira insibuh involut f’diversi ghaqdiet, kemm religuzi kif ukoll f’dawk ta’ natura socjo-kulturali. Ghadu sal-lum attiv hafna f’Radju Prekursur u fl-Ghaqda Drama, zewg ghaqdiet ferm ghal qalbu. Kif jistqarr huwa stess, ihossha ferm difficli li jirrifjuta li jaghti l-ghajnuna tieghu u jaqsam minn dak li jaf meta mitlub, aktar u aktar meta hija mehtiega biex tgholli ’l fuq l-isem tar-rahal tax-Xewkija.

 L-imhabba li ghandu lejn ir-rahal li fih trabba’ tidher l-aktar fl-ghadd kbir ta’versi poetici li huwa sawwar b’rabta max-Xewkija, ma’ cirkustanzi u avvenimenti li sehhew fiha u dwar il-qaddis Patrun, San Gwann Battista.  Kiteb ukoll il-lirika ghal diversi kanzunetti fosthom il-kliem kollu ghas-songs li Radju Prekursur hareg fl-2007 fuq CD li jgib l-isem ‘Gwanni ta’ Qalbi.

 Pero’ bla dubju ta’ xejn nistghu nghidu li l-lirika ghall-Musicals  ‘Grajjietna’ (2007) u ‘Rajtek Tinbidel’ (2017) huma l-akbar zewg xoghlijiet tieghu, xoghlijiet li mhux biss hargu mill-pinna versatili tieghu imma fuq kollox minn qalbu.

 Meta kont qed nikteb il-lirika ghall-Musicals, kont inhossni mahkum minn forza li ma nistax niddeskrivi u lanqas infisser. Illum nghid, li mhux jien ktibthom imma l-imhabba li ghandi tbaqbaq f’sidri lejn rahal twelidi u lejn San Gwann il-Battista.”  

DSC_1104-1024


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Nov 29, 2017 at 09:51 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
17:59 
A+ | A- | Reset