Home arrow News arrow News arrow Xewkija Tigers jerghu jitilfu kontra Victoria H.
Xewkija Tigers jerghu jitilfu kontra Victoria H. PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
Jan 31, 2018 at 05:05 PM

Nhar il-Hadd 28 ta' Jannar 2018, fil-Gozo Stadium saret il-loghba importanti tal-kampjonat bejn Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs. It-tim Rabti hareg rebbieh 2-1 ( HT 1-1 ) . Kienu Xewkija li hargu l-ahjar fil-bidu u skurjaw gol kmieni b'daqqa ta' ras ta' Milos Stonanovic u wara kellhom xi cansijiet ohra. Izda mal-hin il-Hotspurs bdew gejjin biex wara li Frankie Vella cahadom milli jiskurjaw min penalty , huma gabu d-draw fl-ahhar tat-taqsima. Fit-tieni taqsima l-loghba baqghet bilancjata biex il-Hotspurs skojaw il-gol tar-rebha kwarta mit-tmiem. Issa Xewkija jinsabu fit-tielet post seba' punti taht il-leders Victoria H.

IMG_9378-2000

 


User Comments
Please login or register to add comments

<Previous   Next>
Tuesday, 20 th February 2018
00:19 
A+ | A- | Reset
Translator
Xewkija Parish
XewkijaParish.org