Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 8 guests online
Home arrow News arrow 89 Anniversarju tal-Banda Prekursur
89 Anniversarju tal-Banda Prekursur PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Frans Galea   
May 18, 2018 at 01:43 PM

Nhar il-Gimgha, il-11 ta’ Mejju 2018, saret serata muzikali mill-alljievi tal-banda fis-sala Zakkarija Cilia fil-kazin tal-banda Prekursur.  Is-serata bdiet b’quddiesa mill-Vici arcipriet Dun Gwann Meilak fl-okkazjoni tad-89 anniversarju tat-Twelid tal-Banda Prekursur. Il-prezentatrici ta’ din is-serata kienet is-Sinjura Elaine Zammit Haber bandista tal-banda  Prekursur.[ Informazzjoni : M'Angelo Camilleri ]

 DSC_7265-2000

 

Sar appuntament annwali li l-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Prekursur jorganizza din l-attivita tal-aljievi fejn dawn ta’ l-ahhar urew il-hiliet taghhom fejn tirrekjedi l-arti muzikali. L-aljievi li jppartecipaw gew imharga mill-ghalliem taghhom Mro Mark Gauci.  L-ewwel aljiev kien Simon Rapa li bil-flugelhorn doqqilna silta li ggib l-isem ‘Pink Panther, kitba ta’ Henry Mancini.  It-tieni aljiev kien Sean Paul Azzopardi li fuq l-Althorn daqq is-silta ‘Skye Boat Song’.   It-tielet aljiev lil kien Jean Carl Muscat li fuq it-trombun  daqq is-silta ‘Folk Song’.   Ir-raba aljiev kien Gwann Battista Camilleri, li bil-kurunetta daqq is-silta ‘ He’s a Pirate’  ta’ Hans Zimmer. Wara l-President tal-banda s-Sur John Vella qasam certifikat tal-partecipazzjoni lill-aljevi li hadu sehem f’din is-serata.   Ghat-tielet sena konsekuttiva, fuq inizjattiva ta’ Salvu Azzopardi, il-Kumitat tas-Socjeta` Filarmonika Prekursur, taghti l-premju l-Aljev tas-Sena. Dan ir-rikonoxximent, jinghata b?ala apprezzament tal-inpenn li l-aljevi juru lejn is-Socjeta`.  Dan ir-rikonoxximent jinghata fuq bazi ta’ attendenza u preparazzjoni. Ma kienitx decizjoni facli ghal kumitat. Wara konsultazzjoni mas-surmastrijiet, il-Premju Aljev tas-sena 2018 inghata lil zewg aljevi, Simon Rapa u Gwann Battista Camilleri, zewg studenti li s-sena ohra saru bandisti tal-banda Prekursur. Hawn il-President tas-Socjeta’ is-Sur John Vella qassam il-prempju lil Simon Rapa u Gwann Battista Camilleri.  Hekk kif spiccat l-ahar silta muzikali, saret powerpoint dwar is-Sur Wenzu Camilleri li kien, membru tal-kumitat, bandist, Kaxxier u President tal-banda. Ta’ kull sena, il-Banda Prekursur, tfakkar il-memorja ta’ membru tas-Socjeta’, hu ghalhekk, f’gheluq il-mitt sena mit-twelid tieghu, il-Kumitat haseb biex tinghata tislima lis-Sur  Wenzu Camilleri, il-disa President ta’ din-Socjeta’.   Wara s-Sur Omar Camilleri qara poezija mil-isbah dwar Wenzu Camilleri.  Ta’ min ifakkar li Omar huwa bandist fi hdan is-Socjeta’ u jigi n-nepputi ta’ Wenzu Camilleri.  Hekk spiccat is-serata ta’ jum il-banda 2018, l-powerpoint ha hsieb is-Sur Jason Attard.
User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( May 18, 2018 at 01:56 PM )
<Previous   Next>
Saturday, 27 th April 2024
06:16 
A+ | A- | Reset