Home arrow News arrow Australia arrow Ahbarijiet mill-Awstralija
Ahbarijiet mill-Awstralija PDF Print E-mail
User Rating: / 1
PoorBest 
Contributed by Jesmond Attard   
Jun 18, 2008 at 12:49 AM

Insellmilkom hbieb

commetie%20meeting%20018
 Il-Kumitat waqt il-laqgha

 

Jien Jesmond Attard li ghal darba ohra insellmilkom ghal dawn il-ftit ahbarijiet minn gewwa Melbourne l'Awstralija. Il-bierah iltaqa' ghall-ahhar darba il-kumitat biex jaghmel l-ahhar irtokki ghall-festa , gew ikonfermati kemm nies ser jattendu ghall-ballu tas-Sibt, in-numru hu ta' 586; madanakollu jistghu jizdiedu xi nies. Saru wkoll l-ahhar irtokki fuq min ser jerfa fil-purcissjoni tal-festa. Gie ukoll diskuss kif ser tahdem il-purcisjoni u minn fejn ser tghaddi minhabba li jkollna naghlqu xi triqat bil-permess tal-pulizija. Tqassmu wkoll xi karti lill-membri tal-kumitat biex jitqasmu gewwa d-djar minhabba in-nar ta' l-ajru.

Insomma f'kelma wahda issa jmiss li narmaw il-knisja minn gewwa illum l-Erbgha u b'hekk ikun kollox lest ghall-festa tal-patrun taghna San Gwann Battista.

Insellmilkom mill-gdid,

Jien Jesmond Attard  U l-kumitat kollu jixtieq il-festa t-tajba lix-Xewkin kollha.

 

commetie meeting 019

 

commetie meeting 018


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 19, 2008 at 06:42 PM )
<Previous   Next>
Thursday, 25 th April 2024
21:53 
A+ | A- | Reset